Reference: Volume 33G (1949), Part No. 4, Section , Page 833

Judgement Details


Date
14/03/1949
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs SALVU PULLICINO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - KOLLIZJONI - KONFLITT TA' PROVI - TRAFFIKU - XHIEDA
Summary
Meta x-xhieda jkunu xehdu darbtejn fl-ewwel istanza, kull impressjoni li tista' talvolta tirrikava l-Qorti ta' l-Appell, jekk terga tisma' hija dawk ix-xhieda, tkun aktarx fallaci; ghaliex hi smigh ripetut wara li s-sentenza appellata tkun ga ggudikat ir-responsabilita', ikun hemm il-perikolu li x-xhieda jippruvaw jikkolmaw il-lakuni, meta ma hemmx fatturi estranei biex jikkontrollawhom. Id-diportament tax-xhieda waqt id-depozizzjoni taghhom huwa fattur importanti biex il-Qorti taghti l-kredibilita' taghha favur il-versjoni ta' parti wahda jew l-ohra meta jkun hemm konflitt ta' provi. Ghaxmeta hemm dan il-konflitt, il-kwistjoni tkun wahda ta' kredibilita', u ghalhekk l-apprezzament tal-gudikant li jkun sama' dawk ix-xhieda "viva voce", u jkun seta' josserva d-diportament taghhom, ghandu jkollu certu piz li l-Qorti ta' l-Appell, li ma tismax hija stess dawk ix-xhieda, ghandha tirrispetta, jekk ma tkunx soddisfatta li f'dak l-apprezzament hemm xi haga jew cirkustanza importanti li magietx kunsidrata. Ghaldaqstant, jekk is-sentenza appellata hija bazata biss fuq semplici apprezzament ta' kredibilita', ghax il-provi jkunu konfliggenti, u l-Qorti ta' l-Appell ma jidhirlhiex li ghanda terga' tisma' hija x-xhieda, l-apprezzament li ghamlet l-Ewwel Qorti ma ghandux jigi varjat mill-Qorti ta' l-Appell, jekk din ma ssib xejn li jikkonvinciha illi l-apprezzament tal-Magistrat ma kienx korrett. Id-driver li f'kaz ta' kollizjoni ma jhallix il-karrozza tieghu fil-pozizzjoni li kienet meta saret il-habta sakemm tigi l-Pulizija, jaghti adizju li huwa kellu tort; ghax kull driver lijahseb li ma kellux tort fil-kollizjoni hu komprensibilment preokkupat li ma jkunx disturbat l-istattal-fatti fil-waqt tal-kollizjoni, biex jigi accertat mill-Pulizija kull fattur li jista' jiswieluu jezonerah mir-responsabilita' kriminali u finanzjarja.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info