Referenza: Volum 39B (1955), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 256

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/06/1955
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM, CAMILLERI LUIGI A.
Partijiet
JOSEPH GALEA ET vs NUTAR DR. ANTONIO GALEA LL.D
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 792(2) TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - BENEFICCJU TAL-"FORO" - BOARD TAL-KERA - KOMPETENZA - LOKAZZJONI - NULLITA'
Fil-Qosor
L-eccezzjoni ta' l-irritwalita' ta' l-istanza, li tammonta ghan-nullita' ta' l-istanza, mhux biss hija kwistjoni essenzjalment preliminari bhal ma hija dik ta' l-inkompetenza, imma anzi tirbah lil dikta' l-inkompetenza. Ghax jekk hi nulla l-istanza, allura t-tribunal, ghandu jew ma ghandux gurisdizzjoni, ma jistax jiehu konjizzjoni tal-kawza, stante li ma jkunx investit debitament biha; u lanqas jista' jiehu konjizzjoni ta' l-eccezzjoni ta' l-inkompetenza. L-istess kwistjoni ta' l-inkompetenza jehtieg li tigi diskussa fuq istanza valida; u ghalhekk hi l-eccezzjoni ta' nullita ta' l-attijiet li tista' tigi pregudikata jekk min jeccepiha jkun ipproceda ghal attijiet ohrajn. Wara li jigi maqtugh jekk l-istanza hix valida jew le, u fil-kaz li jigi maqtugh li hi valida, allura jigi diskussu deciz jekk, malgrada li l-istanza hija ritwalment valida, it-tribunal huwiex kompetenti jiehu konjizzjoni taghha. Ghaldaqstant, jekk l-intimat quddiem il-Board tal-Kera, wara li jkun qajjem diversi kwistjonijiet dwar ir-ritwalita' jew le tar-rikors prezentat kontra tieghu, jissoleva l-eccezzjonita' l-inkompetenza tal-Boars minhabba r-residenza tieghu fi Gzira diversa, dik l-eccezzjoni ta' l-inkompetenza ma tistax tigi respinta fuq il-motiv li kien jmissha giet moghtija "in limine litis", jekk meta giet moghtija kienu gew diskussi kwistjonijiet dwar ir-ritwalita jew le ta' l-istanza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni