Reference: Volume 39B (1955), Part No. 1, Section 2, Page 384

Judgement Details


Date
30/05/1955
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
FALLIMENT TA' JOSEPH GRIXTI vs NIL
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL LILL-MAESTA' TAGHHA LIR-REGINA FIL-KUNSILL PRIVAT - ART. 2 (A) TAL-ORDER IN-COUNCIL TAL-1909 - CESSAZZJONI TAL-PAGAMENTI - FALLIMENT
Summary
Sabiex jinghata permess b'jedd ghal appell lill-Maesta' Taghha r-Regina fil-Kunsill Privat, jehtiegli s-sentenza li minnha jintalab li jsir appell tkun finali, u li l-haga li hemm appell fuqha tkun ta' ammont jew ta' valur ta' £500 jew izjed, jew li fil-haga li hemm appell fuqha tkun tidhol, direttament jew indirettament, xi pretensjoni jew kwistjoni fuq jew dwar proprjeta' jew jedd civili ta' ammont jew ta' valur ta' £500 jew izjed. Sentenza li tiffissa d-data li fiha kummercjant ghandu jigiritenut li ga kien fallut taffetta l-pozizzjoni patrimonjali ta' kummercjant iehor li jkun ghamel operazzjoni mal-kummercjant fallut f'dik l-epoka; ghax b'effett tal-fissazzjoni ta' dik id-data jigiilli saret fl-epoka tac-cessazzjoni tal-pagamenti, u illi saret ghalhekk suggetta li tigi annullata.Ghaldaqstant il-pregudizzju ghal dak il-kummercjant hu finali, u, jekk l-operazzjoni hi tal-valur ta' £500 jew izjed, huwa jigi pregudikat f'meritu ta' £500 jew izjed. U ghalhekk id-dritt tieghu li jappella b'jedd lill-Privy Council minn dik is-sentenza hu bazat; ghax jirrikorri l-valur flimkienmal-finalita' tas-sentenza. Ghalkemm il-proceduri tal-falliment, bhala tali, jitqiesu globalment,eppure jikkonsistu f'diversi proceduri singoli; u x-xorta ta' x'uhud minn dawk il-proceduri tista' tkun tali, li, ghalkemm jidhlu fil-falliment, ikunu verament separabbli u distingwibbli bhala entita'guridika ghalihom. Hekk, bis-sentenza li tiffissa d-data tac-cessazzjoni tal-pagamenti jigi irrevokabilment stabbilit f'sens sfavorevoli ghall-kummercjant li jkun ghamel operazzjoni kummercjanli mal-fallut f'dik l-epoka element bazilari ta' l-azzjoni ta' annullament ta' att kompjut bejnu u bejn il-fallut - azzjoni li ghaliha jigi assoggettat dak l-att, u li ghandha entita' separata u distinta.U ghalhekk, f'kaz simili, il-kelma "final" ghandha portata li ghandha tigi meqjusa, mhux in relazzjoni mat-tmiem tal-proceduri fallimentari, imma in relazzjoni ma' dik l-azzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info