Reference: Volume 39B (1955), Part No. 1, Section 1, Page 286

Judgement Details


Date
11/11/1955
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
GIUSEPPE GAUCI ET vs ANGELO GAUCI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1007 U 1016 TAL-KODICI CIVILI - KAPACITA` TAL-KONTRAENTI - KUNSENS - KUNTRATT - NULLITA'
Summary
Wiehed mir-rekwiziti essenzjali ghall-validita` ta` kuntratt huwa l-kunsens; u biex il-kunsens ikunjiswa jehtieg li min jaghti dak il-kunsesn ikollu l-kapacita` li jakkonsenti. Ghaldqastant, kuntratt li fih xi wiehed mill-kontraenti ma kellux il-kapacita` li jikkuntratta huwa null. Imma min hu kapaci jikkuntratta ma jistax jeccepixxi n-nullita` tal-kuntratt minhabba inkapacita` ta` dawk li maghhom huwa jkun ikkuntratta. U dina r-regola tal-ligi hija applikabili mhux biss fil-kaz ta` inkapacita` legali, imma anki fil-kaz ta` inkapcita` naturali; jigifieri illi l-projbizzjoni li persuna kapaci tavvantaggja ruhha mil-inkapacita` tal-kontraent l-iehor mhix limitat ghall-kaz ta` inkapacita` legali, imma tikkomprendi wkoll il-kaz ta` inkacita` naturali. Ghaldaqstant, fil-kaz ta` kuntratt fejn wiehed mill-kontraneti kien imbecilli, l-att huwa null fl-interess biss ta` l-inkapaci; u ma jistax jopponi dik in-nullita` l-kontraent l-iehor li hu kapaci. Barra minn dan, l-istess prohbizzjoni mhix limitata ghall-kaz li fih il-kontraent kapaci hu konvenut, imma hija operativa anki meta l-kapaci hu attur; jigifieri illi l-persuna kapaci ma tistax tavvantaggja ruhha mic-cirkustanza ta` l-inkapacita` tal-kontraent l-iehor, sew jekk din il-persuna kapaci tkun attrici kemm jekk tkun konvenuta




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info