Referenza: Volum 39B (1955), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 212

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/05/1955
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
SALVATORE CILIA vs GAETANA CILIA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AMMINISTRAZZJONI - APPELL - ART. 1303, 1332(1), 1282(1), 1362(2), U 1375 TAL-KODICI CIVILI - BENI DOTALI - BENI PARAFERNALI - KOMMUNJONI TAL-AKKWISTI - MARA - SEPARAZZJONI PERSONALI - TRATTAZZJONI KONTESTWALI
Fil-Qosor
Matul iz-zwieg ir-ragel biss hu l-amministratur tal-beni dotali, salvi dispozizzjonijiet ohra tal-ligi; u l-amministrazzjoni ta' l-akkwisti konjugali tmiss ukoll lir-ragel, li quddiem it-terzi jista'jaghmel minnhom daqs li kieku kienu hwejgu. U kwalunkwe ftehim kuntrarju ghal dan il-poter, moghtilir-ragel bhala kap tal-familja, huwa null u minghajr effett. Sakemm ma hemmx ix-xoljiment tax-xirka tal-ksib, u lanqas it-telfa tad-dritt tal-pussess tad-dota, ir-ragel ghandu dritt ghall-pussess ughall-amministrazzjoni ta' l-oggetti sew dotali kemm tax-xirka tal-ksib, kif ukoll tal-beni parafernali; b'mod illi r-ragel li jsofri spoll fil-pussess ta' dawn l-oggetti, ghandu dritt li jigi reintegrat f'dak il-pussess, minghajr pregudizzju ghall-konsegwenzi guridici li jista' jkollha separazzjoni legali personali fl-effetti taghha fuq il-gid tal-mara. Ghaldaqstant il-mara li titlaq mid-dar konjugali u tiehu maghha minn dawn l-oggetti hija obbligata troddhom lil zewgha, anki jekk hija tibdakawza ta' separazzjoni personali kontra tieghu, u dan anki jekk hija tkun hadet dawk l-oggetti bil-kunsens tieghu. It-trattazzjoni kontestwali hija fakoltattiva ghall-Qorti ta' l-Ewwel Istanza, ghax hija bazata fuq raguni ta' espedjenza skond id-diskrezzjoni ta' dik il-Qorti. F'liema diskrezzjoni l-Qorti ta' l-Appell, bhala regola, ma tindahalx, meta ma jirritultalhiex pregudizzju gravi u ingustizzja manifesta ghal xi wahda mill-partijiet.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni