Reference: Volume 39B (1955), Part No. 1, Section , Page 128

Judgement Details


Date
11/03/1955
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM, GOUDER TANCRED, CAMILLERI ALBERT V.
Parties
BELTRAM CAMILLERI vs PAOLO PACE NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL LILL-MJAESTA' TAGHHA R-REGINA FIL-KUNSILL PRIVAT - LIBELL - MINISTRU - ORDER IN COUNCIL
Summary
L-unur ta' individwu huwa indiskutibilment haga prezzjuza; izda b'daqshekk mhux kwistjoni ta' importanza kbira generali jew publika, jew xort'ohra, kif irid ikun skond il-ligi biex jigi ammess appellfid-diskrezzjoni tal-Qorti lill-Maesta' Taghha r-Regina fil-Kunsill Privat minn sentenza li tkun iddisponiet minn kwistjoni li tirrigwarda l-unur tal-kwerelant li jhossu ngurjat b'artikolu stampat f'gurnal; u dan avvolja l-imputazzjoni ngurjuza tkun saret lill Ministru tal-Gvern, imma tkun tirrigwarda, mhux l-ezercizzju tal-funzjonijiet tieghu ta' Ministru, imma epoka precedenti meta huwa ma kienxMinistru. Biex il-Qorti tezercita l-poter diskrezzjonali taghha li taghti permess "ex gratia" ghalappell lill-Privy Council, jehtieg li l-kwistjoni bhala tali, bhala "questio juris", tkun ta' importanza pubblika jew generali, jew xort'ohra; u mhix tali kwistjoni li, apparti l-apprezzament tal-fatti, tirrigwarda l-applikazzjoni tal-principji ordinarji f'materja ta' libell, u xejn aktar. Fil-kazprezenti, l-attur, fi zmien meta kien Ministru tal-Gvern, gie lilu attribwit li qabel ma sar Ministru kien accetta "bribe" bhala stralcjarju f'kawza nominat mill-Qorti, u ghamel kawza lill-editur tal-gurnal fejn deher l-artikolu kontenenti dik l-imputazzjoni. Il-konvenut assuma li jipprova l-verita' tal-fatti, u l-Qorti zammet li huwa rnexxu f'din il-prova, u helset lill-konvenut mir-responsabilita' ghad-danni mitlubin mill-attur. U b'applikazzjoni tal-principji fuq esposti l-Qorti cahdet it-talba ta' l-attur biex jottjeni l-permess biex jappella minn dik is-sentenza lill-Maesta' Taghha r-Regina fil-Kunsill Privat "ex gratia".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info