Referenza: Volum 37A (1953), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 32

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/01/1953
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
MARY ZAMMIT vs ANTONIO MUSCAT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BOARD TAL-KERA - HANUT - LOKAZZJONI - SULLOKAZZJONI
Fil-Qosor
Jekk fond huwa adibit in parti bhala hanut u in parti bhala dar ta' l-abitazzjoni, tipprevali d-destinazzjoni principali. Jekk bis-sahha tat-teorija ta' l-element preponderanti l-fond ikun ga gie kunsidrat mill-Board tal-Kera bhala hanut, dak il-Board ma jistax sussegwentement, f'kawza ohra, imur lura minn dik id-decizjoni u jixxindi l-karattru tal-fond. Ghaldaqstant, jekk il-kerrej jissulloka minghajr permess tas-sid parti minn dak il-fond, anki jekk dan isir minn dik il-parti li tkun adibitaghall-abitazzjoni, huwa jinkorri fid-dekadenza mid-dritt ta' l-inkwilinat tal-fond kollu; ghax il-fond huwa "kollu" hanut, u l-inkwilin jigi li ssulloka parti minn hanut; u ma jistax jivvoka favur tieghu d-dispozizzjoni tal-ligi li tippermetti lill-inkwilin jissulloka parti mill-fond mikri ghandu,anki minghajr il-permess tas-sid, sakemm huwa jibqa' jokkupa l-kumplament tal-fond.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni