Reference: Volume 33D (1947), Part No. 2, Section , Page 55

Judgement Details


Date
19/04/1947
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
FORTUNATA FARRUGIA ET. vs VINCENZO GALEA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 507, 508 U 512 TAL-KODICI CIVILI, U ART. 809 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - ASSUNZJONI TA` L-ATTI - CITAZZJONI - DIKJARAZZJONIJIET - ESTENSJONI - SERVITU'
Summary
L-assunzjoni ta' l-attijiet, li proprjament ghandha ssir b'rikors u mhux b'mota, hija ammissibili fil-kaz tal-mewt ta' xi wahda mill-partijiet "pendente lite", u mhux meta l-parti tkun ga' mietet metagiet prezentata c-citazzjoni. Jekk l-atturi jridu dikjarazzjoni mill-Qorti, il-ligi ma tipprojbixli l-Qorti tippresta l-ufficcju taghha biex taghti dik id-dikjarazzjoni: pero' a spejjez ta' min jitlobha, jekk il-parti l-ohra ma tikkontestax id-dikjarazzjoni. Dak li ghandu l-jedd tas-servitu' jista' jaghmel bi spejjez tieghu, u b'mod li jkun lanqas ta' xkiel ghas-sid tal-fond serventi, ix-xoghlijiet mehtiega sabiex jinqeda bis-servitu' u jzomm il-jedd taghha. Imma min ghandu dak il-jedd ta'servitu' ghandu jinqeda bih skond it-titolu tieghu, u ma jistax jaghmel, la fil-fond serventi u lanqas fil-fond dominanti, ebda tibdil li jista' jtaqqal izjed il-piz tal-fond serventi. Ghaldaqstant ma jistax it-titolari tas-servitu' jippretendi estensjoni taghha billi l-ezercizzju taghha skond it-titolu jkun sar insufficjenti mhabba t-tibdiliet li jkunu saru. Ghax jekk huwa veru illi l-kreazzjoni tas-servitu' titqies li tikkomprendi dak kollu li hu mehtieg ghat-tgawdija ta' dik is-servitu', il-kliem "dak kollu li hu mehtieg" ghandu jigi nterpretat b'riferenza ghaz-zmien tal-kostituzzjoni tas-servitu', u mhux in riferenza ghall-izviluppi li jkun ghamel wara dak iz-zmien sid il-fond dominanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info