Reference: Volume 75 (1991), Part No. 1, Section 1, Page 22

Judgement Details


Date
15/01/1991
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
MIFSUD BONNICI GIUSEPPE, HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A.
Parties
ALFRED BALZAN vs ONOREVOLI PRIM MINISTRU U L-VICI PRI MINISTRU BHALA MINISTRU RESPONSABBLI GHALL-ARTIJIET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - EMENDI GHALL-KOSTITUZZJONALITA` TA` - EXTRA PETITA - KODICI KRIMINALI - KONVENZJONI EWROPEJA - KOSTITUZZJONI - KUMPILAZZJONI - RIMEDJU - ROGATORJI - SMIGH XIERAQ - XHIEDA - ZMIEN RAGONEVOLI
Summary
Rikors li bih allegat li l-intimati kisru d-drittijiet fundamentali tar-rikorrent ghall-"privacy", utgawdija ta` proprjeta` privata, kif ukoll billi esponewh ghal trattament inuman u degradanti, u dan bi ksur tal-artikoli 36, 37, 38 al-Kostituzzjoni ta` Malta u l-artikoli 3 u 8 tal-KOnvenzjoni Ewropeja u lArtikolu 1 tal-Ewwel Protokol ghall-istess Konvenzjoni. Il-Prim'Awla tal-Qorti Civili cahdet it-talbiet tar-rikorrent. Il-Qorti Kostituzzjonali kkonfermat. Il-fatti li taw lok ghal dina l-kawza kienu s-segwenti: ir-rikorrent kien dahal f'konvenju mal-Kurja Arciveskovili ghax-xiri ta` proprjeta` li kien bi hsiebu jibniha f'appartamenti. Qabel ma l-attta` xiri gie finalizzat il-Gvern esproprja dina l-art mill-poter tal-Kurja billi kienet mehtiega ghal skopijiet pubblici. Ghalhekk l-akkwist tal-art mir-rikorrent ma setax isir. Il-Qorti oosservat li l-konvenju ghax-xiri ta` art ma kienx jekwivali ghall-bejgh tal-istess art, u r-riskji u vantaggi ollha inerenti fil-proprjeta` jibqghu, sal-mument tal-bejgh, favur il-venditur. Il-konvenju ma johloqx dritt "in rem", immabiss dritt personali kontra l-propettiv venditu ghall-esekuzzjoni tal-obbligi minu assunti w ghad-danni jekk ikun il-kaz. L-esproprjazjzoni effetwt mill-Gvern bil-hrug ta` "Acquisition order" ma tirrendix impossibli li l-vendita tal-art mill-Kurja ssir. Ghalhekk il-Qorti waslet ghall-konkluzjoni li l-"acquisition" in kwistjoni, kemm ghal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-artikolu 37(1) tal-Kostituzzjoni ta` Malta kif ukoll l-Ordinanza dwar l-Akkwsit ta` Artijiet ghal Skopijiet Pubblici (Kap. 88), setghet tirrigwarda biss lill-proprjetarju li f'dan il-kaz kien ghadha il-Kurja Arciveskovili w, jekk hemm, xi hadd iehor li ghandu interess fil-proprjeta` "in rem", izda mhux lill-appellant. L-ilment tal-appellant li l-Gvern imissu jinnegozja direttament mieghu, ghalhekk huwa infondat bhal ma huwa infondat l-ilment l-iehor li l-Gvern abusivament dahallu fu hwejgu u spossessah. La darba r-rikorrentma kienx proprjetarjut al-art in kwistjoni ma setax jippretendi li nkissru fil-konfront teighu l-artikoli 37 u 38 tal-Kostituzzjoni. Bl-istess mod ma setax jinghad likien hemm vjolazzjoni tal-artikolu 1 tal-ewwel protokol tal-Kovnenzjoni Ewropeja; dan l-artikolu jitkellem dwar "his possessions", ula darba ma kienx hemm il-vendita r-rikorrent ma setax jipprentendi lil-art ink wistjoni keient "his possession". L-istess raginijiet japplika wkoll ghar-riferenza ghall-artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropeja. Dwar l-artikolu 3 tal-KOnvenzjoni Ewropeja u l-artikolu 36 tal-Kostituzzjoni, il-Qorti osservat li ma kienx hemm cirkostanzi li setghu jesponu lir-riorrent ghal trattament inuman jew degradanti. Ir-rikorrent la kien verament qieghed jokkupa l-art espropjata, li ma kienetx ghada minnu akkwistata, u l-anqas kein f'posizzjoni immedjata li jizviluppa.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info