Reference: Volume 37E (1953), Part No. 4, Section , Page 1206

Judgement Details


Date
28/11/1953
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
DOMINIC MINTOFF, B.E. & A., A. & C.E. vs THOMAS HEDLEY ET. NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"FAIR COMMENT" - "INNUENDO" - ART. 29 U 28 (1) TAL-KAP. 117 - KOMMUNIZMU - LIBELL - MALA FEDE - PROVA - VERITA' TAL-KONVICJU
Summary
F'materja ta' libell hija prattika komuni li jigi mqieghed mill-kwerelant "innuendo" fuq il-kliem liminnhom huwa jilmenta bhala libelluzi, ghalkemm l-"innuendo" proprjament hu necessarju li jigi ndikat biss fil-kaz meta l-kliem, pretizi ingurjuzi, fis-sens ordinarju u naturali taghhom ikunu bla sinifikat jew innocenti. Imma l-lum fil-prattika tal-Qorti hu pacifiku li l-kwerelant, anki jekk jindika "innuendo" partikulari, jista' dejjem jirnexxi fil-kwerela tieghu anki fuq is-sens ordinarju u naturali tal-kliem. Fl-indagini jekk bran minn artikolu huwiex verament libelluz, ghandu jithares mhux biss il-bran. Jekk minn dan l-artikolu l-qarrej jifhem li l-kwerelant jissimpatizza mal-komunistiu jhobb jaghmilha maghhom, l-artikolu huwa libelluz. U f'din il-materja hu elementari li mhux dakli seta' talvolta kellu f'rasu min kiteb l-artikolu li jghodd, imma dak li fil-fatt kiteb; ghax dakjaqra l-qarrej. L-allegazzjoni tal-fatti ghandha turi x'kienu l-fatti kollha; u l-prova tal-verita'ghandha tinkontra l-akkuza. Jekk jithalla barra xi dettall importanti u fondamentali fil-fatti, mahemmx narrazzjoni sewwa tal-fatti. Min jikteb ghandu jghid il-fatti kif kienu sewwa u mbaghad ihalli lill-qarrej jiggudika. Jekk xi cirkustanza fondamentali tigi tacjuta, il-qarrej ma jistax jifforma koncett gust tal-fatti. Jekk il-kwerelat jipprova biss bicca mill-fatti, imma ma jippruvax dak li jikkostitwixxi s-sustanza ta' l-imputazzjoni, ma jistax jinghad li saret il-prova tal-fatti; u jekk ma ssirx il-prova tal-fatti, ma jistax jinghad li hemm "fair comment". Jekk il-fatti ma jigux affermati veracement, kull kumment fuqhom ma jistax ikun "fair comment". Il-ligi tixhet l-obligu tal-prova fuq il-kwerelat, fis-sens li tistabbilixxi kontra tieghu prezunzjoni li hu agixxa xjentement, jekk ma jippruvax il-kuntrarju. U biex jigi ritenut li l-kwerelat agixxa xjentement, hu bizzejjed lil-kwerelat seta' jaghmel, u ma ghamelx l-indagini mehtiega biex jasal ghall-verita'.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info