Reference: Volume 37E (1953), Part No. 4, Section , Page 1184

Judgement Details


Date
31/10/1953
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs ANTONIO CARUANA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - NULLITA' - SENTENZA
Summary
Wiehed mill-kazijiet li fihom l-Attorney General jista' jappella minn sentenza tal-Qorti Kriminali tal-Magistrati huwa dak li fih il-Magistrat ikun illibera lill-imputat ghaliex ikun irritjena li ma kienux jirrikorru fil-fatt il-kostitutivi tar-reat. Dan il-kaz gie dejjem limitat ghal meta l-Magistrat, bla ma jkun dahal fl-ezami tal-fatti tal-kawza, ikun iddikjara li l-fatt "kif dedott" ma jikkostitwix reat. Sussegwentement l-interpretazzjoni ta' dan il-kaz giet estiza fis-sens li l-Attorney General jista' jappella meta l-Magistrat ikun applika ghal-fatt enuncjazzjoni zbaljata jew inkompletatar-rekwiziti tar-reat: ghax intqal li l-appell ikun allura fuq punt ta' dritt. Biex il-Qorti tarajekk f'kaz simili huwiex ammissibili l-appell mill-parti tal-Prosekuzzjoni, ghandha tezamina s-"sustanza" tad-decizjoni appellata fil-kumpless taghha. Jekk in-sostanza l-Magistrat ikun qal li fil-kontravvenzjonijiet mhix mehtiega l-intenzjoni kriminuza, imma hi bizzejjed il-volontarjeta', u li dikil-volontarjeta' ghandha tigi ezaminata "caso per caso", u mbaghad ikun ghadda ghall-fatti, u in bazi ghall-apprezzament taghhom ikun wasal ghall-konkluzjoni li l-imputat ma hux hati, jigifieri illifil-kaz in ispecje ma kienetx tirrikorri l-volontarjeta', ma hemm ebda enuncjazzjoni hazina ta' l-ipotesi tal-ligi; u ghalhekk l-appell tal-Prosekuzzjoni ma hux ammissibili, u huwa irritu u null.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info