Referenza: Volum 37E (1953), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 1121

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/06/1953
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs ANGLU GRIMA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"FINANCE DEFENCE REGULATIONS, 1942" - APPELL - CERTIFIKAT TAL-GVERNATUR - PRESKRIZZJONI - REG. 23 (C) TAL-GOVERNMENT NOTICE NRU. 214 TA' L-1952
Fil-Qosor
Fil-kaz tar-reati taht il-"Finance Defence Regulations" ta' l-1942, il-legislatur stabbilixxa terminu preskrizzjonali specjlai ta' tliet xhur, b'"dies a quo" specjalment rimess ghall-opinjoni tal-Gvernatur; salva din id-differenza fit-terminu u fid-"dies a quo", id-dispozizzjoni tal-ligi relattiva hija dispozizzjoni ordinarja ta' preskrizzjoni ta' l-azzjoni kriminali; b'dan illi l-Prosekuzzjoni ghandha mezz specjali ta' prova konkluziva dwar it-terminu preskreizzjonali, konsistenti dana l-mezz fic-certifikat tal-Gvernatur. Sakemm ma jigix sollerat l-incident ta' l-improponibilita' ta' l-azzjoni minhabba d-dekors taz-zmien, ma hemmx in-necessita' li l-Proskuzzjono taghmel il-prova li tippermettilha l-ligi per mezz tac-cerfitikat tal-Gvernatur; imma malli tigi soilevata dik l-eccezzjoni, jitnissel fil-Prosekuzzjoni d-dritt li tipprevali ruhha mill-prova li tippermettilha l-ligi, jigifieric-certifikat tal-Gvernatur. U jekk dan l-incident jigi sollevat l-ewwel darba fl-appell, il-Prosekuzzjoni tista' tipproduci dak ic-certifikat anki fl-appell, avvolja sa dak il-mument il-Prosekuzzjoni ma tkunx ghada ppruvat, per mez ta' dak ic-certifikat, li l-proceduri nbdew fi zmien tliet xhur mid-data li fiha kien hemm provi sufficjenti, fl-opinjoni tal-Gvernatur, biex jiggustifikaw il-proceduri.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni