Reference: Volume 37E (1953), Part No. 4, Section , Page 1104

Judgement Details


Date
23/05/1953
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
ROSARIA GRECH vs CATERINA PULO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"ANIMUS INJURIANDI" - ART. 265 U 353 (E) TAL-KAP. 12 - DIFETT FIZIKU - INGURJA-DELITT U INGURJA-KONTRAVVENZJONI - LAQAM
Summary
In linea ta' massima, meta persuna tghajjar persuna ohra b'difett fiziku, hemm ingurja. Il-laqam, almenu lokalment, f'certi klassijiet socjali ta' levatura umli hu generalment derivat jew mill-pajjiz, divers minn Malta, li min hu bniedem ikun orjundo, jew minn rahal tal-familja originarja tieghu divers minn dak li joqghod fih, jew mis-sengha abitwali tieghu jew tal-familja tieghu, jew ikun xi isem bla sinifikat, ecc. Imma meta tissemma xi haga li tikkostitwixxi difett fizika tal-bniedem, allura dan jkunx proprjament laqam, imma deskrizzjoni ta' bniedem b'difett fiziku. U allura jiddependi mic-cirkustanzi li fihom tinghata dik id-deskrizzjoni biex wiehed jghid jekk hemmx vjolazzjoni tal-ligi kriminali. Tant l-ingurja kontemplata fl-ewwel subartikolu ta' l-art. 265 tal-Kodici Kriminali,kemm dik kontemplata fit-tieni subartikolu ta' l-istess artikolu, huma ingurja-delitt; l-ewwel wahdahija gravi jew specifika, u tieni hija dik li dottrinalment tissejjah vaga jew generika, li fiha l-"animus injurandi" huwa element mehtieg, jigifieri l-propozitu doluz, jew almenu l-koxjenza doluza,li l-kwerela qieghed jghid xi haga li tnaqqas l-istima u r-riputazzjoni, jew l-unur, jew ir-rispettabilita' tal-kwerelant, jew li tesponieh ghad-disprezz. Imma jekk l-att tal-kwerelat ikun jikkonsisti fis-semplici volontarjeta' li jghid xi haga li tinsulta lill-kwarelant, allura jkun hemm biss ingurja kontravvenzjonali, li hija dik kontemplata fl-art. 353 (e) tal-Kodici Kriminali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info