Referenza: Volum 79 (1995), Parti Nru. 2, Taqsima 2, Paġna 934

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/05/1995
Qorti
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Ġudikatura
MIFSUD BONNICI GIUSEPPE, AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V.
Partijiet
AVUKAT DOTTOR DOMINIC A. CASSAR NOE vs FRANCIS VELLA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
IPOTEKA GENERALI FUQ IMMOBBLI - KONVERSJONI F'IPOTEKA SPECJALI SA GHAXAR SNIN WARA L-1 TA' JANNAR, 1976 - TRASFERIMENT LIL TERZI QABEL JGHADDU L-GHAXAR SNIN
Fil-Qosor
F'kaz li l-ipoteki generali li jolqtu l-beni immobbli tad-debitur, li sa zmien ghax snin wara l-1 ta' Jannar, 1976 ikunu ghadhom ghand id-debitur matur dak iz-zmien u dik l-ipoteka generali ma tigix ikkonvertita f'ipoteka specjali kif jiddisponi l-artikolu 19 ta' l-Att li jemenda dak li llum huwa l-artikolu 2016 Kapitolu 16, il-konsegwenza tkun li jekk din il-konversjoni ma ssirx, dak l-immobbli li jkun ghadu kolpit biss b'ipoteka generali, jigi lliberat fis-sens li d-debitur jista' jittrasferihliberu u frank minn dik l-ipoteka generali - dejjem s'intendi jekk din l-ipoteka generali tkun inholqot u giet insinwata qabel l-1 ta' Jannar, 1976; L-istess ragunijiet pero' ma japplikawx ghal dawkl-immobbli li ghalkemm gravati b'ipoteka generali iskritta qabel dik id-data, jigu ttrasferiti lilterzi qabel ma jghaddu l-ghaxar snin, cjoe' qabel l-1 ta' Jannar, 1986 ghaliex fuq dik l-immobbli ttrasferita lil haddiehor, il-kreditur ma jkunx jista' jezercita' d-dritt ta' konversjoni f'ipoteka specjali li l-ligi kkoncedietlu bhal dritt akkorcjat sal-1 ta' Jannar, 1986. Din l-interpretazzjoni ta' dak li hija ir-ratio legis ta' l-Att ta' l-1975, hija konformi man-necessita' li kull ligi riformatrici tad-drittijiet ghandha tirrispetta dak li ga' gie akkwizit; li meta certi drittijiet se jigumhassra dan isir bl-inqas pregudizzju ragonevoli possibbli ghall-pussessur ta' dawk id-drittijiet ufinalment, li s-soluzzjoni guridika gdida tidhol fl-Ordinament b'mod evoluttiv u fuq medda ta' zmienli huwa prudenzjalment necessarju ghall-adegwament.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni