Referenza: Volum 82 (1998), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 1

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/03/1998
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Ġudikatura
AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V., SAID PULLICINO JOSEPH
Partijiet
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs LAWRENCE ASCIAK SIVE AXIAK U FRANCIS SIVE FRANKIE AXIAQ
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATT TA' L-AKKUZA PPREZENTAT TARD
Fil-Qosor
Il-fatt illi l-Avukat Generali ma jkunx ipprezenta l-att ta' l-akkuza fiz-zmien ix-xahar stipulat mil-ligi, u fl-assenza ta' proroga biex jipprezentah ulterjorment, ma jgibx bhala konsegwenza illi jekk dak l-istess att ta' akkuza jigi pprezentat sussegwentement u ghalhekk oltre l-perijodu ta' xaharimsemmi, dak l-istess att ikun null fit-termini tal-ligi. Il-konsegwenzi tan-nuqqas ta' l-Avukat Generali illi jipprezenta l-att ta' l-akkuza fiz-zmien stabbilit mil-ligi jew permess lilu mill-Qortipermezz ta' proroga jistghu ikunu diversi fosthom jistghu anke jwasslu ghal-liberazzjoni milll-arrest ta' l-imputat, pero' mhux ikkontemplat mil-ligi bhala wahda mill-konsegwenzi li l-Avukat Generalihuwa prekluz milli jipprezenta l-att ta' l-akkuza xorta wahda avolja jkun skadielu t-terminu f'liemakaz mhux talli l-ligi ma tikkontemplax in-nullita' ta' dak l-istess att ta' akkuza, anzi fit-termini ta' l-artikolu 602 tal-Kodici Kriminali tipprovdi illi dik l-istess prezentata tardiva tista' tinnewtralizza certi effetti ohra illi jista' talvolta jkun hemm kieki l-att ta' l-akkuza ma jkunx gie prezentat fiz-zmien stabbilit, il-possibilita' li l-imputat jigi liberat cjoe' mehlus mill-arrest, matibqax tezisti jekk sadanittant l-att ta' l-akkuza jkun gie pprezentat anke jekk tardivament. Dinhija indikazzjoni cara li l-ligi makienet qatt intenzjonata li ttellef id-dritt ta' l-Avukat Generali li jipprezenta l-att ta' l-akkuza allavolja jkun skadielu t-terminu anzi mhux hekk biss, billi certi drittijiet ta' l-akkuzata illi jkunu in limbo bhal ma huwa dak li jitlob li jigi lliberat mill-arrest jintilfu appena l-att ta' l-akkuza jigi pprezentat sakemm dik it-talba tkun ghada ma saritx.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni