Referenza: Volum 77 (1993), Parti Nru. 5, Taqsima 2, Paġna 385

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/02/1993
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
AGIUS CARMEL A.
Partijiet
IL-PULIZIJA vs CHARLES ZARB
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
TRUFFA
Fil-Qosor
Ghar-reat ta' truffa hemm bzonn li tirrizulta materjalita' specifika li sservi ta' substrat ghall-verosimiljanza tal-falsita' prospettata bhala vera u b'hekk bhala mezz ta' qerq. M'huwiex bizzejjed ghall-finijiet ta' l-artikolu 308 tal-Kodici Kriminali affermazzjonijiet, luzingi, promessi minghajrl-uzu ta' apparat estern li jirrivesti bi kredibilita' l-affermazzjonijiet menzonjeri tal-frodatur.Kwantu jirrigwarda d-dolo, irid ikun hemm l-intenzjoni tal-frodatur li jipprokura b'ingann il-konsenja tal-flus jew oggett li jkun bi profitt ingust tieghu. L-ingustizzja tal-profitt tohrog mill-artikolu 308 tal-Kodici Kriminali fejn il-kliem "bi hsara ta' haddiehor" ma jhallux dubju dwar dan. Jigifieri biex ikun hemm l-element intenzjonali ta' truffa hemm bzonn li s-suggett attiv tar-reat fil-mument tal-konsumazzjoni tieghu jkun konxju ta' l-ingustizzja tal-profitt, u b'dan il-mod il-legittima produttivita' tal-profitt hija bizzejjed biex teskludi d-dolo.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni