Referenza: Volum 77 (1993), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 39

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/02/1993
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH
Partijiet
CARMELA DARMANIN vs MARIA ATTARD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BEJGH MIR-RAGEL TA' PROPRJETA' APPARTENENTI LIL MARTU - FIRMA FALZA FUQ PROKURA
Fil-Qosor
L-attrici qed tallega u tippremetti li l-firma li hemm fil-prokura hija falza u ma gietx maghmula minnha. Il-Qorti hi sodisfatta li l-prokura impunjata, in kwantu tirreferi ghall-attrici, ma gietx minnha ffirmata u f'dan il-kuntest l-att hu vizzjat b'qerq li necessarjament iwassal ghan-nullita' tieghu. Nillita' li tirrizulta u giet ippruvata b'mod konvincenti sal-grad tac-certezza morali rikjesta bil-ligi, biss fir-rigward tal-firma ta' l-attrici, imma mhux fir-rigward ta' zewgha. Una volta l-prokuratur ma kienx debitament awtorizzat biex jidher f'isem l-attrici hu ovvju li mhux biss il-prokura hi vvizzjata bil-qerq u hi nulla u bla effett fil-ligi imma wkoll il-kuntratt li sar bis-sahhata' tali prokura hu similment null u bla effett fil-ligi. Zgur sal-punt fejn il-prokuratur kien qedjagixxi f'isem l-attrici u ttrasferixxa dak li kien proprjeta' taghha. Hu pacifiku li r-ragel ghandu l-amministrazzjoni ta' l-akkwisti sakemm il-komunjoni tibqa' tezistu u sakemm din tigi mnehhija lilu mill-Qorti "izda dan ma jistax jittrasferixxi jew jipoteka l-akkwisti minghajr il-kunsens tal-mara hlief b'titolu oneruz...". F'dan il-kuntest legali hu premess illi l-prokura ta' zewg l-attricifavur missieru kienet ghadha valida fil-mument meta sar il-kuntratt impunjat. Il-Qorti ma tistax issib raguni ghaliex ghandha tqis it-trasferiment favur Maria Attard bhala vvizzjat u null fil-ligi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni