Referenza: Volum 33C (1947), Parti Nru. 1, Taqsima 2, Paġna 588

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/12/1947
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
BORG GORG, GANADO E., GOUDER TANCRED
Partijiet
SALVATORE XUEREB vs COMMODORE PIERS K. KEKEWICH NE. ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATTI IMPERJALI - BASTIMENTI - CITAZZJONI - DGHAJSA TA' GHAWDEX - EMERGENCY COMPENSATION BOARD - GURISDIZZJONI - NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN NRU. 167/1942. - PROMULGAZZJONI - REKWIZIZZJONI
Fil-Qosor
Meta l-konvenut huwa mharrek f'xi kwalita' li ghandu, u "jekk hemm bzon anki f'ismu proprju", u ma jirrizultax fil-kawza li l-kontestazzjoni saret mal-konvenut b'ismu proprju, il-kundanna tieghu ghandha tiftiehem fis-sens illi huwa gie kundannat fil-kwalita' li fiha gie mharrek, u mhux ukoll fl-isemtieghu proprju. Il-promulgazzjoni ta' Att jew Order Imperjali f'Malta, biex ikollu effikacja ankif'dawn il-Gzejjer, hija mehtiega meta dak l-Att jew Order ikun fih klawsola, kif generalment isir, ghall-applikabilita' tieghu ghall-kolonji; ghax allura jkun hemm bzonn ta' Att iehor ta' l-awtorita'lokali, jew almenu proklama, li jirrendi applikabili ghal Malta dak l-Att jew Order, u l-pubblikazzjoni tieghu hawn Malta. Imma meta l-Att jew Order, u l-pubblikazzjoni tieghu hawn Malta. Imma metal-Att jew Order ikun fih il-klawsola li tirrendih operativ immedjatament fi kwalunkwe post, allura dik il-ligi ssir applikabili immedjatament, u l-fakoltajiet moghtija bis-sahha taghha jistghu jigu ezercitati mill-awtoritajiet lokali fil-kolonji immedjatament, avvolja dik il-ligi ma tkunx giet promulgata fil-kolonja wkoll. Dghajsa ta' Ghawdex hija kompriza fid-dizzjoni "British ships" ghall-finijiet tal-"Colonial Order-in-Council, 1939", u ghalhekk hija soggetta ghal rekwizizzjoni bhall-bastimenti. Rekwizizzjoni maghmula fl-ezercizzju tal-poteri moghtija mill-"Compensation (Defence) Act, 1939" hija ezercitata validament anki jekk giet ezercitata minn awtorita' li giet delegata minn awtorita' ohra i ma setghetx taghmel dik id-delegazzjoni, jekk, meta l-awtorita' li ghamlet dik id-delegazzjoni kellha l-intenzjoni li tezegwixxi r-rekwizizzjoni u tezercita s-setgha taghha ta' rekwizizzjoniper mezz ta' dak id-delegat. Il-kwistjonijiet kollha li jkun hemm bejn il-partijiet in konnessjonimar-rekwizizzjoni li tkun saret bis-sahha tal-"Compensation (Defence) Act, 1939" jidhlu fl-attribuzzjoni ta' l-organament specjali istitwit b'dak l-Att; u ghalhekk l-Emergency Compensation Board ma ghandux gurisdizzjoni biex jiehu konjizzjoni ta' dawk il-kwistjonijiet; u meta dak il-Board jiddikjara li huwa mhux kompetenti, lanqas ghandhom din il-gurisdizzjoni l-Qrati ordinarji lokali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni