Reference: Volume 33B (1949), Part No. 1, Section 1, Page 535

Judgement Details


Date
14/11/1949
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
BORG GORG, GANADO E., CAMILLERI LUIGI A.
Parties
KUR. STEPHEN J. BORG NE. vs A.I.C. GUSTAVO ROMEO VINCENTI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 155 U 792 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - CEDOLA - CITAZZJONI - DOKUMENTI - KAWZALI - NULLITA' - RETRATT
Summary
Dottrinarjament huwa importanti li jigu, ghall-finijiet ta' l-oggett tat-talba u tad-dritt li ddeterminaha, ezaminati attentament il-fattijiet li jkunu taw lok ghall-gudizzju; u jekk minn dawn il-fattijiet jitnissel aktar minn dritt wiehed sabiex id-domanda tkun imressqa 'l quddiem f'gudizzju, ma hemm xejn fil-ligi li l-attur ma jkunx jista' jiddeducihom jekk jittendi li huma utizi ghall-otteniment ta' l-oggett propost; i r-redazzjoni tac-citazzjoni f'dan is-sens ma tirrendix il-kawzali mhux cara fic-citazzjoni. U meta hemm kawzali wahda li ssostni d-domanda, hija bizzejjed biex tirripudja l-eccezzjoni tan-nullita' tac-citazzjoni mhabba nuqqas ta' carezza. Il-Qorti tista tippermetti, fl-ewwel istanza, li l-attur igib kwalsijasi dokument li tkun necessarja ghall-istruzzjoni tal-kawza; u meta d-dokumenti jinsabu fir-registru tal-Qorti, huwa bizzejjjed li ssir riferenza ghalihom; u meta d-dokument mhux ezibit huwa decizjoni tal-Qorti, li tista' tigi riskontrata facilment u fi kwalunkwezmien, in-nuqqas ta' ezibizzjoni tieghu ma jikkostitwix motiv ta' nullita' tac-citazzjoni. Lanqas hemm dan il-motiv billi mac-citazzjoni ma tigix ezibita kopja ta' ittra ufficjali li tkun saret qabelbil-konvenut. Meta fic-cedola tar-retratt jinghad li qieghed jigi rkuprat fond intier, imma fic-citazzjoni tigi mitluba r-rivendizzjoni ta' parti indiviza minn dak il-fond, jew kwota ohra verjuri anki akbar, ma tigix il-konsegwenza illi l-kawzali tac-citazzjoni mhijiex certa u cara.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info