Referenza: Volum 33C (1948), Parti Nru. 1, Taqsima 2, Paġna 648

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/05/1948
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
BORG GORG, GANADO E., CAMILLERI LUIGI A.
Partijiet
ERIK GOLLCHER NE vs LT DENIS HIGGINS R.N. NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
EMERGENCY COMPENSATION BOARD - KOMPOZIZZJONI TAL-BOARD - NULLITA' - PROCEDURA - SENTENZA
Fil-Qosor
il-fatt li l-Emergency Compensation Board, meta jaghti l-Ordni, jew sentenza, ikun kompost diversament minn kif kien meta saret it-trattazzjoni tar-rikors quddiemu, ma hux motiv ta` nullita` ta` l-Ordni moghti minn dak il-Board hekk diversament kostitwit. Il-parti li jidhirlha li r-rikors jerga` jigi trattat millBoard malli giet pubblikata l-komposizzjoni gdida tieghu. Imma l-fatt illi l-espertlij ifforma parti mill-Board jaccedi fl-ufficju tad-ditta rikorrenti biex jezamina l-kotba ta` dik id-ditta u jaghmel il-verifiki lijidhirlu, minghajr ma javza lill-parti l-ohra li ridet tkun prezentighal dik il-verifika biex taghmel l-osservazzjonijiet taghha, huwa motiv ta` nullita` tad-decizjonital-Board, avvolja fil-verfiki tieghu l-espert ma jkunx sama` lanqas lill-parti avversarja; ghax dan l-agir jikkonstitwixxi vjolazzjoni tar-regola fondamentali fil-procedura li kull parti ghandha jkollha l-opportunita` li taghmel l-osservazzjonijiet taghha. Ir-regola illi Board huwa organament somamrjali mhux obligat japplika b'metikolozita` r-regoli tal-Procedura Cviili tirrigwarda dawk ir-regoli li huma t` importanza sekondarja, u mhux ir-regoli fodnamentali bhal ma hija dik "audi alteram partem". F'kaz simili lanqas hija applikabili r-regola illi l-Qorti tista` tghaddi 'l quddiem, avvolja jkun hemm vjolazzjoni tal-forma, meta tara li s-sentenza hija sostanzjalment gusta.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni