Reference: Volume 33B (1949), Part No. 1, Section 1, Page 556

Judgement Details


Date
14/12/1949
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
BORG GORG, CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J.
Parties
FORTUNATA MAGGI vs ROSINA COLEIRO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1019 (2) TAL-KODICI CIVILI - BEJGH - CITAZZJONI - KAWZALI - MANDAT - PROKURA N-BJANK - ZBALL
Summary
L-izball biss fuq il-persuna ma jirrendix il-ftehim null hlief meta l-ghazla tal-persuna tkun il-kawza ewlenija ta' dak il-ftehim, jigifieri meta l-istipulazzjoni tkun saret bhala effett ta' dak l-izball talment illi, kieku ma kienx hemm dak l-izball, il-kuntratt ma kienx isir. F'kaz ta' bejgh x'aktarx illi l-konsiderazzjoni tal-persuna tax-xerrej hija indifferenti; pero' jista' jaghti l-kaz illil-individwalita' ta' wiehed mill-kontraenti tkun il-kawza principali ta' l-obbligazzjoni tal-partil-ohra. Fil-kaz prezenti gie ritenut illi l-venditrici ma setghetx issostni t-talba taghha ghall-annullament tal-bejgh fuq il-motiv ta' zball dwar il-persuna tax-xerrej, ghax jirrizulta li ghaliha kien indifferenti min kellu jkun ix-xerrej u illi l-kawza ghamlitha biex tikkuntenta u fl-interess ta'hadd iehor. L-espressjoni fic-citazzjoni "u fuq ragunijiet ohra validi fil-ligi" ma tikkostitwix kawzali certa u cara, u ghalhekk ma tistax tigi mehuda f'konsiderazzjoni. Il-prokura li wiehed jiffirma minghajr ma jkun fiha l-isem tal-mandatarju tfisser li min jiffirmaha jkun irrimetta ruhu ghall-persuna li lilha jkun ikkunsinna dik il-prokura dwar il-ghazla tal-mandatarju; u l-persuna li tkun hekk irceviet dik il-prokura in bjank titqies bhala li hija l-mandatarju sakemm dik il-prokura tibqa'f'idejha. Ghalhekk ma hemmx ebda abbuz ta' poteri meta tigi firmata prokura simili, u l-persuna lijkollha f'idejha dik il-prokura, anki b'dik il-lakuna, timla l-vojt hija stess, anki jekk dan taghmlu billi tikteb l-isem taghha nfisha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info