Reference: Volume 74 (1990), Part No. 5, Section 1, Page 632

Judgement Details


Date
15/05/1990
Court
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Judiciary
HARDING HUGH, HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A.
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs ANGEL SIVE ANGELO BAJADA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
IL-PIZ TAL-PROVA - KONFLITT TA' PROVI - L-APPREZZAMENT TAL-PROVI - OMICIDJU VOLONTARJU - PROVI INDIZJARJI - STQARRIJIET TA' L-AKKUZAT - XHIEDA GODDA FI STADJU TA' APPELL
Summary
Taht l-artikolu 507 tal-Kodici Kriminali hu impost obbligu fuq il-Qorti li tammetti provi godda, jekk ikunu jirrikorru l-kondizzjonijiet preskritti fih. Dawn huma illi l-Qorti tkun sodisfatta li hemmspjegazzjoni ragonevoli ghalhiex il-prova ma gietx prodotta fil-process, u l-qorti jkun jidrilha lil-prova offerta hi aktarx kredibbli u li kienet tkun ammissibbli fil-process fuq punt rilevanti ghall-appell. Izda l-Qorti tista' tirrifjuta li tammetti l-prova jekk tkun sodisfatta li ma taghti ebda lok biex l-appell jigi milqugh. Ma hemm ebda regola li tidderoga mill-principju li x-xhieda ta' l-akkuzat, bhal dik ta' kull xhud iehor ghandha tkun viva voce, ibbazata fuq dak li jftakar; l-istqarrijiet tieghu precedenti jistghu jintuzaw billi jinqraw kemm biex jiftakar ahjar kif ukoll biex jigi kkontrollat ahjar dak li jkun qed jixhed viva voce. Il-prattika ghandha tkun li fil-kazijiet normali stqarrijiet precedenti ma jinqrawx jekk ma jkunux ser jintuzaw biex jiffriskaw il-memorja jew biex ix-xhud jigi rinfaccjat li fl-okkazjoni ta' dik l-istqarrija jkun ghamel dikjarazzjoni li ma taqbilx max-xhieda tieghu. Ghalkemm il-versjoni tal-prosekuzzjoni u dik ta' l-akkuzat kienu konfliggenti, kif anki konfliggenti kienu l-provi, ma kienx hemm dak il-konflitt ta' provi li a bazi tieghu wiehed kellu necessarjament jasal ghall-konkluzjoni li kien hemm dubju ragonevoli dwar jekk il-prosekuzzjonijiet kinitx ippruvat il-kaz taghha ossia l-htija ta' l-akkuzat skond l-att ta' l-akkuza. L-assjem tal-provi kien tali li a bazi tieghu l-gurati setghu ragonevolment u b'konvinciment morali trankwill ghall-ahhar jaslu ghall-konkluzjoni la ma jemmnux dak li qed isostni l-apppellant u jsibu li l-provi jwasslu inekwivokabbilment ghall-htija tieghu. L-indizji, biex jaghmlu prova, jehtieg li jkunu univoci.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info