Reference: Volume 33A (1947), Part No. 1, Section 1, Page 73

Judgement Details


Date
19/05/1947
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
BORG GORG, GANADO E., CAMILLERI LUIGI A.
Parties
KAN. DEKAN FRANCESCO CAMILLERI ET. vs SALVINA CAMILLERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 642, INC. 4, TAL-KODICI CIVILI (GA 303 TA' L-ORD. VII TA' L-1868) - DOLO - INDENJITA' - INGANN - KOMPLICITA' - TESTMENT - VJOLENZA
Summary
Min jimpedixxi lit-testatur li jaghmel testment jew li jhassar testment li ga ghamel, isir indenn uinkapaci li jircievi b'testment minn ghand dak it-testatur. Ghall-applikazzjoni ta' din id-dispozizzjoni tal-ligi hemm bzonn jigi ppruvat li kien hemm vjolenza jew dolo minn ghand dak li l-ligi tridtippenalizza per mezz ta' din id-dispozizzjoni, jew almenu li huwa kien komplici ma' hadd iehor li uza dik il-vjolenza jew dak l-ingann. Il-materja hija odjuza, u ghalhekk il-provi ghadhom ikunu cariu konkludenti, u f'kaz ta' dubju, dan ghandu jmur favur min huwa azzjonat b'din l-azzjoni. Biex tirnexxi din l-azzjoni huwa mehtieg l-ewwelnett jigi ppruvat li t-testatur kellu volonta' ferma u determinata li jaghmel testment jew li jbiddel dak li ga ghamel. L-atti mbaghad iridu jkunu jikkonsistufi vjolenza, fizika jew morali, jew f'ingann, u dawn iridu jkunu tali li jimpedixxu lit-testatur lijaghmel it-testment. Id-diffikultajiet, l-istorbju u t-tfixkil, ma humiex bizzejjed, ghax ma jikkonducux necessarjament ghall-impediment reali u effettiv. Lanqas it-talb, anki insistenti, ma jammonta ghal dik il-vjolenza li trid il-ligi. L-atti uzati jridu jaslu biex jimpedixxu vjolentement lit-testatur, jew lin-nutar jew lix-xhieda, milli jaghmlu t-testment. Anki l-atti kompjuti minn hadd iehor iridu jkunu tali li jimpedixxu realment li jsir it-testment; biex ikun hemm komplicita' f'dawn l-atti, iridu jkunu saru bi ftehim minn qabel bejn min ghamilhom u dak li jigi attakkat bhala indenn.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info