Reference: Volume 40C (1956), Part No. 2, Section 3, Page 721

Judgement Details


Date
02/02/1956
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
DOTTOR RICCARDO FARRUGIA ET. vs ONOR. DOTTOR JOHN FRENDO AZZOPARDI NE. ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ATTI "JURE IMPERII" - FUNZJONARJI U IMPJEGATI PUBLICI - KUMMISSJONI GOVERNATTIVA - KURUNA - MAGOFO POOLS
Summary
Persuna li tigi nominata bhala membru ta' kummissjoni governattiva, bhal ma hija l-Kummissjoni tal-Magofo Pools, issir funzjonarju publiku, u l-pozizzjoni taghha ghandha tigi regolata konformement. Ghax dik il-Kummissjoni hija korp amministrattiv rivestit b'poteri statutorji fl-ambitu tad-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku; u l-membri taghha jezercitaw parti mill-Poter Ezekuttiv, u jaqdu doveri wkollfl-interess publiku; u ghalhekk huma ufficjali publici. Xejn ma jiswa li dik il-persuna tkun membru mhux ufficjali tal-Kummissjoni, fis-sens li ma kellhiex ga karika mhallsa mill-Kuruna meta giet nominata membru tal-Kummissjoni, u bhal dawn hija suggetta ghall-istess trattament. Fil-gurisprudenzataghna hu maghruf u akkolt illi r-rapport bejn l-Istat u l-impjegat hu unilaterali, u mhux kontrattwali; u minnu ma tidderivax bejniethom reciprocita' ta' drittijiet u doveri; u l-impjegat ma jistaxjagixxi kontra l-Gvern, lanqas jekk ikun intervjena kuntratt specifiku; u l-istess haga jinghad rigward l-impenji tal-Kuruna fil-konfront tal-impjegat. Huwa wkoll pacifiku fil-gurisprudenza taghna illi n-nomina tal-funzjonarji publici hija att majestatiku li l-Kuruna tezercita "jure imperii"; u tal-istess natura, kwindi hu dak kollu li jiddependi u jirrigwarda l-istess nomina, bhal ma hija r-rimunerazzjoni tal-impjegati. U sakemm ma jigix pruvat li l-att tal-Kuruna sar minghajr awtorita' jew minghajr il-forma preskritta, dak l-att huwa insindakabbli mill-Qorti. Konsegwentement, dik il-persuna li giet nominata bhala membru, anki mhux ufficjali, ta' kummissjoni governattiva, ma tistax tagixxi biex ir-rata tar-rimunerazzjoni taghha tigi stabbilita mill-Qrati.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info