Referenza: Volum 81 (1997), Parti Nru. 2, Taqsima 1, Paġna 710

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/10/1997
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., MANCHE` ALBERT
Partijiet
ERIC BUSUTTIL vs DANUTA KOMARZYNIC BUSUTTIL
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARTIKOLI 1212, 1222, 1224 - DIFETT FI - KONDIZZJONI ESSENZJALI TA' - KONSIDERAZZJONI FALZA - KUNTRATT - NULLITA' TA' - PRESKRIZZJONI - SKRITTURA PRIVATA
Fil-Qosor
L-attur ippremetta illi huwa kera lill-konvenuta fond sabiex jintuza bhala klinika, izda dan ma seta' qatt jigi uzat ghalhekk ghaliex ma nghatatx work permit u ghaliex ma kienx qieghed jintuza bhala klinika, izda bhala residenza u ghalhekk talab dikjarazzjoni ta' nullita' ta' l-iskritttura. Il-konvenuta eccepiet il-preskrizzjoni, l-gudikat u li se mai mhux kwistjoni ta' nullita' izda ta' nullita' ta' l-istess skrittura. L-Ewwel Qorti ddikjarat l-azzjoni attrici preskritta bid-dekors tas-sentejn. Il-Qorti ta' l-Appell osservat li l-konvenuta gustament sostniet illi l-attur ikkontradica ruhufis-sens illi fic-citazzjoni ppremetta li l-iskrittura kienet nulla ab initio u fl-att promotu ta'l-appell allega li ma kienx hemm xejn hazin fil-mument tal-firma. Kompliet tirritjeni illi indipendentement minn x'jirrizulta fil-mori tal-kawza, id-decizjoni dwar liema preskrizzjoni applikabbli ghall-azzjoni tiddependi mit-talba dedotta fl-att promotorju u konsegwentement ikkonkludiet illi ghall-azzjoni ezercitata kienet applikabbli l-preskrizzjoni tas-sentejn ikkontemplata fl-artikolu 1222 (2)tal-Kodici Civili u ghalhekk ikkonfermat is-sentenza ta' l-Ewwel Qorti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni