Reference: Volume 74 (1990), Part No. 3, Section , Page 525

Judgement Details


Date
10/05/1990
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
BORG COSTANZI VICTOR A.
Parties
JOHN GAUCI vs IL-KUMMISSARJU TAT-TAXXI INTERNI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
NE BIS IN IDEM - PROCEDURI PENALI RIPETUTI - RES JUDICATA
Summary
Ir-rikorrent kien akkuzat talli, bhala manager jew ufficjal principali ta' azjenda, naqas milli jhallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' Nazzjonali ta' l-impjegati. Kien illiberat minn din l-akkuzaghax il-Qorti sabet li ma kienx ufficjal principali. Fi proceduri ohra kien illiberat ukoll minn akkuza ohra talli, fl-istess kwalita' ma ufficjal principali, naqas li jhallas pagi regolarment lill-impjegati, ghax rega' rrizulta li ma kienx ufficjal principali. Meta rega' kien akkuzat talli, fl-istess kwalita' ta' ufficjal principali, kiser disposizzjonijiet ta' l-Att ta' l-1948 dwar it-Taxxa fuq l-Income, huwa pprezenta rikors quddiem il-Prim' Awla tal-Qorti Civili fis-sede kostituzzjonali taghha ghax allega li kienet qieghda tinkiser il-garanzija li taghtih il-Kostituzzjoni li ebda persuna ma ghandha tghaddi minn darba proceduri ghall-istess reat Kriminali. Il-Qorti kkonkludiet illi l-eccezzjoni ta' res iudicata ghandha tigi mistharrga u deciza mill-Qorti li quddiemha jingieb l-akkuzat u wara, jekk ikun il-kaz, mill-Qorti ta' l-Appell Kriminali. Jekk dik il-Qorti (jew il-Qorti ta'l-Appell Kriminali, jekk ikun il-kaz) tasal biex tilqa' dik l-eccezzjoni, l-effett immedjat ikun lil-proceduri kriminali ga mibdija ma jkomplux jimxu. b'dan il-mod, id-dritt sancit taht l-art. 39(9) tal-Kostituzzjoni ta' Malta jkun vindikat. Dan id-dritt jista' jinkiser biss jekk, wara li tkun inghatat sentenza finali li fiha jkun gie ddikjarat li l-akkuzat ga ghadda proceduri kriminali ghal dak l-istess reat quddiem qorti kompetenti, huwa jerga' jigi espost ghal proceduri kriminali ohra dwar dak l-istess reat li ghalih huwa ga gie misjub hati jew li minnu ga gie lliberat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info