Referenza: Volum 43A (1959), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 1

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/01/1959
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
ALBERT FALZON SANT MANDUCA ET vs BIANCHE WEALE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 595 KAP. 23. - CESSJONI TA' DRITTIJIET EREDITARJI - DENUNZJA TAS-SUCCESSJONI - DONAZZJONI - INTERESS - KITBA TAZ-ZWIEG - KONSORZJU - LICITAZZJONI - PUSSESS - TERZI - TESTMENT - TITOLU - TOLLERANZA
Fil-Qosor
Min hu werriet jista` jcedi d-drittijiet tieghu ereditarji, imma b'dan kollu hu ma jcedix, u ma jsitax icedi, il-kwalita` tieghu ta` eredi bil-konsegwenzi li din il-kwalita` timporta; b'mod li, jekk hu, avvolja jkun ceda d-drittijiet tieghu ereditraji, jaghmel kawza flimkien mac-cessjonarju ta` dawkid-drittijiet, biex jigi licitat oggett appartenenti lill-eredita`, ma jaghmel dik il-kawza, u li l-prezenza tieghu fiha hija inutili; molto piu` jekk ic-cessjoni minnu maghmula ma tkunx giet denunzjata skond il-ligi. Apparti mill-punt, li jista` jkun kwistjonabbli, jekk dik ic-cessjoni, maghmulab'semplici skittura u mhux b'att publiku, hijiex valida, trattandosi ta` dritt li jista` jitqies ereditarju, jibqa` dejjem illi c-cedent ikun ceda l-interess li kellu fl-oggett li tieghu tintalab il-licitazzjoni, u x-xorta ta` dak l-interess, cjoe` jekk kellux ikun in-natura ossija valur pekunjarju,jibqa` jiddependi mill-ezitu tal-kawza appuntu biex tigi determinata x-xorta tal-"interess" li hu ceda lill-werriet l-iehor. Jekk il-parti avversarja teccepixxi li ma hemmx lok ghall-licitazzjoni mitluba tal-oggett ereditarju, u din, l-eccezzjoni tkun bazat fuq l-allegazzjoni illi l-awtur tal-kontendenti, ga proprpjearju ta` dak l-oggett, kien ried illi wara mewtu dak l-oggett tiehdu l-parti konvenuta, jew ghax dak l-oggett kien gie lilha moghti b'rigl mill-awtur komuni, din l-allegazzjoni mahix fodnata, jekk il-volonta` tal-awtur komuni ma gietx espressa b'testment, jew jekk, tratansoi ta`oggett valur, l-allegata donazzjoni ma tkunx saret b'att publiku. U ghalhekkk, dak l-oggett kienu baqa` tal-awtur tal-kontendenti, u wara mewtu sar komuni bejn l-werrieta tieghu. Id-dispozizzjonital-ligi li tghid li "ghal dawk li huma hwejjeg mobili minnhominiifshom, jew titoli ghall-portatur,il-pussess ghandu favur it-terzi ta` buone fede l-effett stess ta` titolu" ma tistax tigi nvokata hlief minn min hu terz. U guridikament huwa terz kwalunkwe persuna li tkun estranea ghal ra[port guridiku ezistenti bejn persuni ohra. Il-massima "il possesso vale titole", jew possdeo quia possideo", tapplika meta hemm azzjoni ta` rivendikazzjoni ta` haga mobili, u l-possessur taghha jkun terz differenti ghar-rvendikant; mentri l-kaz ta` min jitlob fil-konfront tal-ko-eredi l-licitazzjoni ta` oggett ereditarju huwa kaz totalment differentii, billi l-azzjoni ezercitata mhux dik rivendikatorja,imma dik "communi dividundo"; u kwindi l-imsemmija dispozizzjoni ma tapplikax. U anki kieku kienettapplika, l-persuna konvenuta li teccepixxi dan il-pusses u tinvoka din id-dispozizzjoni tal-ligi jehtieg li jkollha l-pussess mhux ekwivoku; u mhux univoku l-pussess li jkun bazat fuq tolleranza tal-ko-eredi, jew gahx l-oggett kontrovers kien uzat minn dik ilpersuna billi bhala ko-eredi kellha dritt li taghmel uzu minu bhala haga komuni. L-istess tolleranza turi li t-titolu tal-possessur ta` dakl-oggett kien prekarju; u zgur li ma hux esklusiv, molto piu` meta dak il-pussess ghand min jinvokad-dispozizzjoni msemmija kien kontrastat mill-ko-eredi, u meta l-fatti jurru li l-istess pussess makienx pacifiku. Xejn ma jiswa li persuna li tinvoka dan il-principju favur taghha hija mara li nkludiet dak l-oggett fil-kitba taz-zwieg taghha bhala oggett taghha, jekk il-ko-eredi l-ohrajn ma kienux edotti b'dan il-fatt; kif lanqas ma tiswa l-allegazzjoni li dak l-oggett ma giex inkluz fid-denunzja tas-successjoni tal-awtur komuni maghmula minn wiehed mill-ko-eredi l-ohrajn, billi l-eskluzjoni tieghu minn dik id-denunzja setghet kellha motivi ohra l', ghalkemm ma dehrux, jistghu jigu facilment supposti. Ghaldaqstant, it-talba ghall-licitazzjoni ta' dak l-oggett bhala haga komuni hija sostnuta.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni