Referenza: Volum 42F (1958), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 1547

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/12/1958
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs ANTHONY MICALLEF TRIGONA, P.L.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - ART. 18 TAL-KAP. 13 - ART. 658 U 352 (CC) TAL-KODICI KRIMINALI - EREDITA' GJACENTI - KURATUR - PERIKOLU FIL-BINI - UBBIDJENZA GHALL-ORDNIJIET TAL-PULIZIJA
Fil-Qosor
Il-proprjetarju ta` bini li jkun fi stat ta` tigrif u ta` perikolu ghan-nies u ghall-proprjeta` ta`hadd iehor, jekk jigi avzat mill-Pulizija sabiex jaghmel dak il-bini fi stat tajjeb ta` tiswija u majibdix dak l-ordni, jikommetti kontravvenzjoni ghad-dispost relattiv tal-ligi. Jekk is-sentenza tal-Magistrat, li quddiemu jigi mressaq dak il-proprjetarju biex iwiegeb ghal dik il-kontravvenzjoni jiddikjara l-procediment ezawrit fuq il-motiv li l-inkwilini jkunu hargu mill-post, ma jistax jinghadli l-Prosekuzzjoni ma tistax tappella minn dik is-senteza billi jigi allegat li ma hemmx sentenza,la libertatorja u lanqas kundannatorja; ghax is-sentenza, fis-sens taghha ampju kif moghti fil-ligi,tikkomprendi anki kull ordni definittiv iehor, u hekk, b'din id-definizzjoni, l-Ewwel Qorti tkun helset l-imputat mill-ezekuzzjoni ta` obligu, cjoe` li jezewixxi l-ordni lilu moghti mill-Pulizija; udan hu appuntu wiehed mill-kazijiet li fihom il-Prosekuzzjoni tista` tappella. Il-fatt li l-inkwilin jkunu hargu mill-post ma jnehhix, sakemm il-perikolu ma jigix rimoss , li l-fabbrikat jista` jkun ta` perikolu ghan-nies, jekk mhux anki ghall-proprjeta` ta` haddd iehor; u l-ligi ma tezigix li jkun hemm il-perikolu ta` hsara kumulattivament ghan-nies u ghall-proprjeta`, imma jew wiehed jew l-iehor. Ghaldaqstant, avvolja l-inkwilini jkunu hargu mill-post, hemm il-kontravvenzjoni tal-proprjetarju; u kien ikun assurd li wiehed jezigi li, biex tigi ntegra l-kontravvenzjoni tal-proprjetarju; ukien ikun assurd li wiehed jezigi li, biex tigi ntegrat l-kontravvenzjoni, l-inkwilin ghandu jibqa`fil-post waqt li jipperdura l-perikolu, bi skapltu potenzjal tal-inkolmita` tieghu. Lanqas ma jiswabhala difiza tajba l-fatt illi l-proprjetarju huwa kuratur ta` eredita` gjacenti, u li ma ghandux fondi biex jiffronteggja l-ispiza ghax l-eredita` hija passiva. Ghal din id-diffikulta` hemm rimedjiohra.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni