Referenza: Volum 80 (1996), Parti Nru. 2, Taqsima 1, Paġna 344

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/02/1996
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
AGIUS CARMEL A., DEPASQUALE FRANCO, DE GAETANO VINCENT
Partijiet
ARTHUR BORG vs CHARLES ABELA MIZZI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
CENS - DMIR LI JSIRU TISWIJIET - MIN GHANDU DRITT IQAJJEM DIN IN-NULLITA' - NULLITA' TA' PROCEDURA - SUB-CENS
Fil-Qosor
L-attur miet fil-mori tal-proceduri quddiem l-Ewwel Qorti. Jidher li r-rikors ghal-legittimazzjonita' l-atti sar izda ma jinstabc fl-atti processwali. L-Ewwel Qorti xorta wahda ghaddiet ghas-sentenza. Skond il-kjamat in kawza dan iwassal ghan-nullita' tal-proceduri. Fil-fatt nullita' simili, jekk tezisti, ghandu dritt jissollevaha min ghandu interess, u min ghandu interess f'dan il-kaz huma l-aventi kawza tad-decujus u mhux il-konvenut jew il-kjamat fil-kawza. Jekk utilista jkun ha post b'cens fi stat li kien jipprezenta certu nuqqasijiet, kellu d-dover mhux biss li ma jhallihx ikompli jiddeterjora izda li jirranga dak li kien hemm hazin u jgibu 'l quddiem, ghax l-oneru tieghu huwa dakta' utilista li jipposjedi uti dominus. Ghandu dan l-obbligu ukoll ghaliex bin-nuqqas ta' manutenzjoni kwalunkwe hsara li tkun diga' tezisti, tiddeterjora. Dak li jghodd huwa jekk fiz-zmien tat-terminazzjoni tal-koncessjoni enfitewtika, indipendentement min jekk l-enfitewta kienx ghadu jokkupa l-fond, baqax bl-obbligu legali li jirritorna l-fond fi stat tajjeb ta' manutenzjoni lill-padrun dirett. Jigifieri jekk ikun koncess illi fiz-zmien li kien jokkupa l-fond l-enfitewta huwa ghamel ir-riparazzjonijiet kollha mehtiega, pero' fiz-zmien meta kien ikkonsenjat lura l-fond, jew meta spiccatil-koncessjoni, dak il-fond ma kienx fi stat tajjeb ta' manutenzjoni, mhux l-operat tieghu jghodd imma r-responsabbilita' li temergi mil-ligi. Jidher li l-ligi tittutela d-drittijiet tal-padrun dirett bil-mod li jista' jdur kemm fuq is-subenfitewta - anke jekk mhux rikonoxxut - kif ukoll fuq l-enfitewta originali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni