Reference: Volume 46D (1962), Part No. 4, Section , Page 870

Judgement Details


Date
30/06/1962
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs GEORGE ZAMMIT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"SPECIAL REASONS" - "THIRD PARTY RISKS" - ART. 19 TAL-KAP. 105 - PIENA - SOSPENSJONI TAL-LICENZA TAS-SEWQAN - TRAFFIKU
Summary
Il-ligi dwar ir-regolament tat-traffiku, ghall-kaz ta' min isuq vettura tal-mutur meta l-licenza tieghu tas-sewqan hija sospiza, taghti lill-Qorti l-fakolta' li, minflok piena restrittiva tal-liberta'personali, tinfliggilu piena pekunjarja; izda din id-diskrezzjoni tal-Qorti mhix assoluta; din id-diskrezzjoni bejn l-alternattiva tal-prigunerija u dik tal-multa hija limitata, fis-sens li l-Qorti tista' taghti multa biss fil-kaz delineat mill-istess ligi, cjoe' fil-kaz, jidhrilha illi piena pekunjarja tkun punizzjoni adegwata ghar-reat. U ghalhekk ikun kompitu tal-Qorti li tara jekk fil-kaz partikulari jirrikorrux dawk ir-ragunijiet specjali. Dawn il-kliem ("special reasons"), pero', ghandhom jigu nterpretati bhala li jfissru ragunijiet specjali ghar-reat, u mhux ghall-hati. Hekk, ir-raguni li d-driver saq il-vettura bil-licenza tieghu sospiza ghax is-sewqan huwa hobzu u hobz il-familja tieghu, jew ir-raguni illi piena restrittiva tal-liberta' personali tfixklu fil-pratiki li hu bedabiex ifittex li jemigra, mhumiex ragunijiet li jiggustifikaw lill-Qorti li tapplika l-piena pekunjarja; ghaliex dawk huma ragunijet relattivi ghall-hati, u mhux ghar-reat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info