Referenza: Volum 46A (1962), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 128

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/02/1962
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
CARMELO MIFSUD ET vs GIUSEPPE DEBONO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - BOARD TAL-KERA - DESTINAZZJONI TAL-FOND - HANUT - KWISTJONI TA' DRITT - LOKAZZJONI
Fil-Qosor
Decizjoni tal-Bord tal-Kera bazata fuq kriterju legali errat tad-drittijiet ta dgawdija tal-kerrej hija appellabbli. Meta sitratta li jigi deciz il-karattru legal ta' att jew fatt li minnu hu pretizli kien hemm kambjament ta' destinazzjoni tal-fond mikri, u li jigi deciz dwar l-efficjenza jew le ta' dak l-att jew fatt biex jikkostitwixxi dak il-kambjament, il-kwistjoni nvoluta hija wahda ta' dritt, li tirrendi appellabbli s-sentenza li tiddeciedi dik il-kwistjoni. Hekk, il-kwistjoni jekk l-inkwilin ta' hanut, li fih kellu zewg generi ta' negozju, jibdelx id-destinazzjoni tieghu meta jnehhiwiehed minn dawk il-generi, hija kwistjoni legali, ghaliex tiddependi mill-interpretazzjoni li ghandha tinghata lill-obligu tal-kerrej li juza l-haga skond id-destinazzjoni taghha. Mhux kull tibdil ta' uzu tal-fond li jigri fil-kors tal-lokazzjoni hu tibdil ta' dwestinazzjoni tal-fond; u din mhix semplici kwistjoni ta' apprezzamnet ta' fatt, izda kwistjoni ta' nterpretazzjoni tal-ligi, anki a bazi tad-dottrina u l-gurisprudenza, u ghalhekk kwistjoni ta' dritt li taghti lok ghall-appell.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni