Referenza: Volum 46A (1962), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 162

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/03/1962
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., GOUDER TANCRED
Partijiet
GIUSEPPE MAMO vs GEROLAMO CAMILLERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 572 U 571 U 561(1) TAL-KODICI CIVILI - LOKAZZJONI - LOKI KOMODU - MANUTENZJONI - PUSSESS - REINTEGRAZZJONI - SPOLL
Fil-Qosor
L-azzjoni tal-inkwilin li jagixxi kontra l-lokatur tieghu biex dan jigi kundannat iqieghed fil-postfejn kienu xi kumditajiet li hu nehha mill-fond mikri ghand dak l-inkwilin ma hix azzjoni ta' spollprivileggjat, jekk, anki suppost li jirrikorru r-rekwiziti l-ohra kollha ta' din l-azzjoni, ikun nieqes ir-rikwizit taz-zmen. Lanqas ma tista' dik l-azzjoni tkun ta' manutenzjoni fil-pussess kontemplata flart. 571 tal-Kodici Civili; ghax din l-azzjon tikkompata biss lil min hu possessur fis-sens veru tal-art. 561(1) tal-stess Kodici, u mhux ukoll lil smplici detentur bhal ma hu l-inkwilin. Jekk l-inkwilin jitlob ir-reintegrazzjoni fl-ewwel lok, imma jzid talba fis-sens illi l-Qorti tordna illil-kumditajiet imnehhijin jigu mqeghdha f'xi post iehor konvenjenti, dan ifisser illi r-reintegrazzjoni hja l-ewwel preferenza, imma jfisser ukoll illi l-attur ikun halla fid-diskrezzjoni tal-Qorti litipprovdi rimedju alternattiv skond ic-cirkustanzi; u ghalhekk il-Qorti mhix legalment astretta li tordna r-ripristinament tal-affarjiet bla ebda konsiderazzjoni ohra. Hekk, jekk il-lokatur nehhi l-vaska tal-loki komodu mill-fond mikri lill-inkwilin u jqeghda fejn kienet, jekk hekk jitlob l-inkwilin, u ma jkunx hemm ebda obbjezzjoni mill-Awtorita' Sanitarja.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni