Referenza: Volum 39A (1955), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 115

Dettalji tas-Sentenza


Data
18/02/1955
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
CARMELA CIACOMOTTO vs JOSEPH MIFSUD
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 689 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - BOARD TAL-KERA - ISPEZZJONI TAL-FOND MILL-MEMBRI TEKNICI - NULLITA' - PROCEDURA - SENTENZA - VERBAL
Fil-Qosor
Id-dispozizzjoni tal-ligi li bis-sahha taghha l-Qorti ghandha taghmel verbal ta' access minnha mizmuma tapplika meta jkun jittratta minn access, u meta dan l-access jinzamm mill-istess Qorti li tordnah, u ghalhekk jintervjeni fih l-Imhallef, jew il-Magistrat, u r-Registratur, u mhix applikabili ghall-"inspection" ta' fond li jsir mill-membri teknici tal-Board tal-Kera. Ghax dik l-"inspection" mhix access fis-sens ordinarju tal-kelma, imma semplici ispezzjoni li z-zewg membri teknici tal-Board jaghmlu biex ikunu jistghu jaghtu l-fehma taghhom in kollaborazzjoni mal-President tal-Board. Barraminn dan, il-procedura quddiem dak il-Board hi ta' indoli sommarja, u ghalhekk ma ghandhomx jitqiesudejjem u f'kull okkazjoni applikabili ghal dak il-Board is-solennitajiet kollha tal-Qrati ordinarji, ammenokke' ma jkunx hemm riferenza espressa ghalihom fil-ligi tal-kera. "Multo minus" ghandhom jigu eskogitati nullitajiet fuq il-pretiza vjolazzjoni ta' formalitajiet inapplikabili ghall-proceduratal-Board. Lanqas jista' jinghad li l-fatt li ma sarx verbal ta' l-ispezzjoni tal-fond mill-membriteknici tal-Board jirrendi nulla s-sentenza tal-Board minhabba vjolazzjoni ta' gustizzja naturali;ghaliex l-ommissjoni tal-verbal, jekk qatt kellu isir, ta' dik l-ispezzjoni ma jistax jinghad li gieb xi pregudizzju lill-parti li tallega n-nullita' tas-sentenza. Dik il-parti kienet talvolta ssofripregudizzju kieku l-ispezzjoni ma saretx, jew kieku r-rizultat ta' l-ispezzjoni, kif moghti mill-membri teknici tal-Board, ma jikkorrispondix mar-realta'.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni