Referenza: Volum 39A (1955), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 109

Dettalji tas-Sentenza


Data
18/02/1955
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
SALVATORE GAUCI vs GIO MARIA SAMMUT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1609 (1) TAL-KODICI CIVILI - AZZJONI - AZZJONI NEGATORJA - DOMANDA GUDIZZJARJA - ENFITEWSI - LOKAZZJONI
Fil-Qosor
L-enfitewsi temporanea tispicca bl-gheluq taz-zmien miftiehem espressament, u l-fond bil-miljoramenti jintradd "ipso jure" lill-padrun dirett. Id-dritt derirenti lill-konduttur mill-lokazzjoni huwa personali, u mhux reali; u ghalhekk ma jikkompetux lilu l-azzjonijiet reali, fosthom l-azzjoni negatorja. Huwa veru li d-domanda gudizzjarja ghandha titqies in relazzjoni ghall-fatti kif kienu meta l-istess domanda giet proposta, u li l-ezami tal-fondatezza jew le tad-domanda "ex tunc" ma jistax jigi maghmul jiddependi fuq kambjamenti ta' fatt sussegwenti ghad-domanda, aktar u aktar jekk dawk il-kambjamenti jsiru fil-mori tal-gudizzju mill-konvenut interessat; imma dawn il-principji ma jsibux l-applikazzjoni taghhom meta l-kambjamenti li jsiru matul il-kaza ma jkunux relativi ghall-istat ta' fatt ezistenti fl-inizju tal-kawza, imma jkunu jikkonsistu fic-cessazzjoni tat-titolu guridiku li bis-sahha tieghu setghet tigi proposta l-azzjoni dedotta bl-att tac-citazzjoni. Jekk dak it-titolu jispicca fil-kors tal-kawza ma tistax tkompli tissussisti l-azzjoni li minnu tiddependi. Ghaldaqstantl-enfitewta li jipproponi azzjoni negatorja ma jistax ikompli jsostni dik l-azzjoni jekk matul il-kawza tavvera ruhha ic-cessazzjoni ta' l-enfitewsi, u hekk jispicca t-titolu li kellu biex jipproponil-azzjoni. Jekk, imbaghad, malli spiccat l-enfitewsi dak li kien enfitewta jkompli jiddetjeni l-fond b'titolu ta' lokazzjoni, lanqas ma jista' jsostni dik l-azzjoni negatorja, li bhala azzjoni realima tikkompetix lilu bhala konduttur.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni