Reference: Volume 47B (1963), Part No. 1, Section , Page 190

Judgement Details


Date
11/03/1963
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
CARMELINA FERNANDEZ vs PUBLIO PACE NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 743(G) TAL-KODICI TA' PROCEDURA CIVILI - EZEKUZZJONI TAGHHA F'DAWN IL-GZEJJER - GURISDIZZJONI - INSKRIZZJONI FIR-REGISTRU PUBLIKU - KOMPETENZA - OBLIGAZZJONI - SENTENZA - SEPARAZZJONI PERSONALI - ZWIEG
Summary
Fost kazijet ohra, il-Qrati Taghna ghandhom gurisdizzjoni biex jisimghu u jiddecidu kawzi istitwitikontra kwalunkwe persuna ghar-rigward ta' kwalunkwe obligazzjoni kontratta mill-konvenut favur wiehed mis-sudditi tal-Maesta' Taghha r-Regina, jekk is-sentenza eventwalment ottenuta tkun tista' tigi ezegwita f'dawn il-Gzejjer. In kwantu ghall-kelma "obligazzjoni", din ma tirriferixxix biss ghall-obligazzjonijiet konverzjonalment assunti b'kuntratt, izda tikkomprendi kull xorta ta' oblgazzjoni anki jekk naxxenti direttament mill-ligi; u hekk tinkludi s-somma ta' dmirijiet u drittijiet li jinholqu bejn il-partijiet u quddiem id-dinja bis-sahha taz-zwieg; ma teskludix ir-rapporti ta' natura civili li jitnisslu bis-sahha taz-zwieg skond il-ligi. Hekk, jista' jkun hemm gurisdizzjoni ank jekk l-azzjoni ghandha bhala skop, mhux l-adempiment favur l-attrici (f'kawza ta' separazzjoni personali istitwita mill-mara) ta' obbligazzjonijiet kontratti versu lejha minn zewgha, imma anki c-cahda lill-parti l-ohra (zewgha) ta' drittijiet li dan ghandu kontra l-attrici derivanti mill-obbligazzjonijiet reciproci li jidderivaw miz-zwieg. Kwantu ghall-possibbilta' ta' ezekuzzjoni tas-sentenza f'dawn il-Gzejjer, ma hux necessarjament mehtieg li l-konvenut ikollu proprjeta' hawn Malta li fuqha s-sentenza tista' tigi ezgwita, u l-ezeguzzjoni fuq il-proprjeta' tal-konvenut mhix l-uniku mod ta' ezegwibbilita' tas-sentenza kontmplata mid-dispozizzjoni rilevanti tal-ligi. Il-ligi ma tirrikjedix illi, biex is-sentenza tkun ezegwibbli f'dawn il-Gzejjer, hemm bzonn li jkun hawn proprjeta' tal-konvenut hawn Malta. Xi sentenzi huma kapaci ta' ezekuzzjoni fi grad akbar minn ohrajn; fil-waqt li sentenzi ohrajn ma huma kapaci ta' ebda vera ezekuzzjoni; u kull kaz ghandu jigi studjat u deciz fic-cirkustanzi partikulari tieghu. Hekk, kawza ta' separazzjoni personali taqa' taht il-kompetenza gurisdizzjonali tat-tribunali lokali meta l-parti attrici, hi suddita tal-Maesta Taghha r-Regina, avvolja l-parti l-ohra hi domiciljata barra minn Malta u assenti minn dawn il-Gzejjer, u ma jkollha ebda xorti ta'beni f'Malta; dan, pero', mhux ghax is-sentenza tas-separazzjoni personali tkun tista' tigi nskritta fir-Registru pubbliku, imma ghaliex l-effetti Civili tas-separazzjoni, reali u konkreti, huma realizzabbli hawn Malta, u n-nuqqas tal-ezistenza ta' beni tal-konvenut f'dawn il-Gzejjer hija irrilevanti u mhux necessarja ghal din l-esekuzzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info