Referenza: Volum 33B (1948), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 271

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/05/1948
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
BORG GORG, GANADO E., CAMILLERI LUIGI A.
Partijiet
GIUSEPPINA CARAUNA ET vs GIOVANNI ATTARD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - DIGRIET INTERLOKUTORJU - FORMA - PROVI KONTRA L-MIKTUB - SENTENZA
Fil-Qosor
Il-kriterju predominati biex jigi stabbilit jekk pronuncament tal-Qorti huwiex sentenza jew digrietinterlokutorju huwa dak li wiehed jara jekk dak il-pronuncjament jistax jigi revokat "contrario imperio" mill-istess Qorti li tkun ghamlitu, jew jekk jiffurmax gudikat ghal dik l-istess Qorti. Fl-ewwel kaz il-pronuncjament huwa digriet interlokutorju; fit-tieni huwa sentenza definitiva. Il-pronuncjament li bih il-Qorti tiddikjara ammissibli provi testimonjali biex jippruvaw kontra l-miktub huwadigriet interlokutorju u ghalhekk l-appell maghmul minn dak il-pronuncjament bil-forma tar-rikors, minflok b'nota u b'petizzjoni, huwa maghmul sewwa u skond il-ligi. Ir-regola ta` l-inammissibilita`ta` provi testimonjali kontra l-miktub meta ma tkunx imposta mill-ligi l-forma miktuba, ma tirrizulta minn ebda disposizzjoni tad-dritt pozittiv; u meta l-kliem uzat fil-kitba huwa oskur, jew ambigwujew incert, il-Qrati taghna dejjem ammetew il-provi testimonjali kontra tieghu; kif ukoll meta l-prova testimonjali hija ntiza ghall-impunjazzjoni ta` l-iskrittura mhabba zball, vjolenza jew ghemil doluz, jew biex tigi provata xi konvenzjoni verbali posterjuri ghal dawk li saru bil-miktub. Fil-kazprezenti dawn il-provi gew ammessi, avvolja fil-kitba ma kien hemm ebda oskurita` jew ambigwita`, imhabba cirkustanti li kien jiggustifikaw l-ammissjoni ta` dawk il-prova.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni