Referenza: Volum 33B (1948), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 242

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/04/1948
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
BORG GORG, GANADO E., CAMILLERI LUIGI A.
Partijiet
VINCENZO SPITERI vs ANTONIO HILI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ANTIKRESI - APPELL LILL-MAESTA` TIEGHU R-RE FIL-KUNSILL PRIVAT - ART. 750 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - VALUR
Fil-Qosor
Biex jinghata l-permess ghall-appell quddiem il-Maesta` Teighu r-Re fil-Kunsill Privat hemm bzonn lil-kwistjoni tkun ta` importanza kbira generali jew pubblika, li fl-opinjoni tal-Qorti jixraq li tigi mressqa quddiem dak il-Kunsill Privat. Fil-kaz gie ritentut li dik l-importanza ma tikkonkorriex.Biex imbaghad ikun hemm dritt ghal dan l-appell "as of right" hemm bzonn li l-valur involut ikun ta` mhux inqas minn £500. Jekk l-appell jigi mitlub mill-attur, dan il-valur jigi determiant mill-ammont li gie resistit b'success minghand il-konvenut; u jekk l-appell jigi mitlub mill-konvenut iridjappella. F'kaz ta` appell dwar kwistjoni jekk l-antikresi hix dritt reali jew personali, il-valurtal-fond antikretiku ma ghandux x'jaqsam, ghaliex il-kwistjoni ma tirrigwardax il-proprjeta` ta` dakil-fond. Ghalhekk il-valur huwa indeterminat. Meta l-valur huwa indeterminat jigu applikati per anologija d-dispozizzjonijiet tal-Ligi tal-Procedura Civili, bili tigi multiplikata r-renta ta` l-ahhar sena ghal 25 darba jekk id-dritt hu perpetwu, u billi jigi kalkulat l-ammont tar-renta ghaz-zmienli fadal jekk id-dritt ikun temporaneu. Imma jekk iz-zmien li jkun fadal ikun aktar minn 25 sena,japplika l-kriterju li jaghmel ghall-kaz ta` dritt perpetwu, li cjoe` multiplikata dik r-renta ghal25 darba.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni