Referenza: Volum 33B (1947), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 173

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/06/1947
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., GANADO E., BORG GORG
Partijiet
GIO MARIA CIAPPARA vs GIORGIO CASSAR ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APERATURI - HAJT DIVIZORJU - KUMULU TAL-PETITORJU MAL-POSSESSORJU - SERVITU' - SPOLL - TIEQA - TRIQ
Fil-Qosor
Il-proprjetarju ta' bini li jaghti fuq triq privata ta' hadd iehor, avvolja din tkun miftuha ghat-transitu publiku, ma jistax jiftah bibien jew aperturi ohra fil-hajt li jifred il-bini tieghu minn dikit-triq u li jkunu jaghtu fuqha; ghaliex b'hekk huwa johloq servitu it-triq. U ghalhekk huwa obligat jerga' jaghlaq dawk l-aperturi li huwa jkun hekk fetah kontra l-volonta' ta' sid dik it-triq. Mill-banda l-ohra, jekk dak il-proprjetarju kellu xi hajt li jifred din il-proprjeta' mit-triq privatatal-gar, u l-assenza ta' dan il-hajt ma ggib ebda servitu fuq din it-triq, dak il-gar ma ghandux skond pratiku u interess li dak il-hajt, jekk huwa mgarrag, jerga jinbena, u ma ghandux dritt jinsistighar-rikostruzzjoni tieghu. Il-ftuh ta' twieqi u aperturi ohra li jaghtu fuq il-proprjeta' ta' hadd iehor u li johloq servitu' fuq dik il-proprjeta' jammonta ghal vjolenza li tillegittima l-azzjonita' spoll privileggjat, avvolja dak ftuh ikun sa bid-dieher u mhux bil-mohbi. Huwa veru li f'kaz ta' spoll privileggjat il-Qorti ma tistax tidhol fil-petitorju u tiddecidi kwistjoni ta' proprjeta' ta' hitan, jew li ma jistax isir il-kumulu tal-petitorju mal-possessorju; imma l-Qorti ghandha tara utezamina t-titolu tal-wiehed u l-limiti tal-pussess ta' l-iehor biex tivverifika jekk verament hemmxspoll, u skond il-verifika li tkun ghamlet tiddecidi jekk ir-rimozzjoni ta' hajt ma tikkagunax spoll skond il-ligi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni