Referenza: Volum 48D (1964), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 925

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/04/1964
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA CURRAN MAURICE
Partijiet
ROMEA GIULIA FENECH PACE ET vs FRANCIS SCIBERRAS
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"LEX SCRIPTA" - KUMPENS GHALL-MILJORAMENTI - L-OBBLIGU TAL-BENEFIKATI F'KAZ TA' KONCESSJONI ENFITEWTIKA - PATT KOMMISSORJU TACITU
Fil-Qosor
Jekk il-patt kommissorju tacitu tar-risoluzzjoni tal-enfitewsi ma japplikax fil-kaz ta' inadempjenzata' l-obbligu tal-benefikati f'sistema ta' ligijiet bhal dawk tas-"Due Sicilie" u tal-Italja (fil-kodici tal-1865) fejn dak l-obbligu kien ta' essenza fil-kuntratt u impost espressament mil-ligi oltre mill-konvenzjoni, "quanto magns" ma ghandux japplika fis-sistema patriju fejn dak l-obbligu jezisti biss jekk ikun stipulat. Il-Qrati taghna irribadew il-principju li skond il-ligi ta' Malta l-obbligu tal-benefikati ma jezistix hlief jekk ikun espressament stipulat u f'dan il-kaz huwa semplicement patt accessorju. Fis-sistema gudizzjarju malti, bhal fi Franza u l-pajjizi l-ohra li anke qabel il-"Code Napoleon", kellhom tradizzjoni antika ta' kodifikazzjoni, hija il-"lex scripta" li tiddominau mhux, bhal fil-pajjizi tal-Common Law, il-precedent. F'dan il-kaz il-Qorti minghajr ma dahlet fil-kwistjoni jekk sarux miljorament jew le, irriteniet illi, in difett ta' l-istipulazzjoni espressatal-fatt tad-dekadenza ghall-inadempienza fl-obbligu assunt mill-enfitewta li jimmiljora il-fond, dik id-dekadenza ma tavverax ruhha u c-censwalista m'ghandux azzjoni ghalih ghalkemm jista jkollu rimedji ohrajn. Jekk il-plus-valenza ghall-benefikati ghandha tithallas lill-enfitewta BISS fil-kazijiet ta' dekadenza taht l-artikoli 1605 u 1606, allura jista jigri li l-enfitewta mharrek ghad-devoluzzjoni bil-patt kommissorju tacitu ghal xi infrazzjoni izghar, u ghal bzonn minima, tal-pattijiet enfitewtici, u li jibqa inadempjenti, sia pure wara xi dilazjoni koncessa mill-Qorti ghall-purgazzjoni tal-mora taht l-artikolu 1111, ma jkunx jista ekwitattivament jigi ikkompensa tal-miljoramenti, ghaliex l-artikolu 1611 (1) kategorikament jeskludi il-kumpens hlief f'dawk iz-zewg kazijiet, naturalmentdejjem fin-nuqqas ta' konvenzjoni kuntrarja u il-gurisprudenza, imhabba in-natura tassattiva tal-art. 1611 (1) ma tkunx tista taghmel argini ghal dak l-aninniment da parti tad-dominus billi testendidik id-desposizzjoni ghall-kazijiet ohrajn.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni