Reference: Volume 72 (1988), Part No. 5, Section 1, Page 893

Judgement Details


Date
08/11/1988
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING HUGH, HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A.
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs FRANCIS CASALETTO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ARREST ILLEGALI - CAUTION - FERITA GRAVI SEGWITA BIL-MEWT - FUNZJONI TA' L-IMHALLEF - INTENZJONI OMICIDA - KONKAWZA - MISDIRECTION - STQARRIJIET TA' XHUD - STRATAGEMMA - VOLONTARJETA' TA' L-ISTQARRIJA
Summary
F'guri l-Imhallef ghandu l-funzjoni u d-dover li jispjega lill-gurati l-aspetti legali involuti fil-kaz, izda dan ma jfissirx li ghandu jirrelata t-tezi tad-difiza ghal dawk li huma punti ta' ligi qisu kienet dik biss il-ligi; anzi ghandu d-dover li jistrada lill-gurati fit-triq korretta ghal dik lihi ligi u li jekk il-ligi tkun giet prospettata hazin mid-difiza huwa jispjega x'inhi l-interpretazzjoni korretta tal-ligi. Skond l-artikolu 658 tal-Kodici Kriminali stqarrija biex tkun ammissibblitrid tkun volontarja. It-theddid, il-biza', il-weghdiet u t-twebbil ta' vantaggi, li huma specifikament imsemmija f'dak l-artikolu, awtomatikament jivvizjaw l-istqarrija. Il-qerq jew ingann jista' jivvizja stqarrija jekk dan il-qerq jew ingann jincidi fuq il-volontarjeta' ta' l-istess stqarrija jew jekk dana l-qerq jew ingann ikun jammonta ghal wiehed mic-cirkostanzi specifikament imsemmija fl-artikolu 658 tal-Kodici Kriminali. Skond il-gurisprudenza taghna dikjarazzjoni, anke jekk ottenuta bistratagemma, hi ammissibbli fil-konfront ta' l-akkuzat basta li jekk tammonta ghal konfessjoni ma tkunx giet ottenuta bi stratagemma li tammonta ghal xi wiehed mid-difetti msemmijin fl-artikolu 658.Ghalkemm huwa desiderabbli hafna li l-caution tinghata dejjem u li tinghata sew, il-fatt li ma tinghatax ma jivvizjax awtomatikament l-istqarrija. Anqas l-arrest illegali ma jivvizja awtomatikamentl-istqarrija. Skond id-dottrina l-intenzjoni hija indiretta meta l-event kien semplicement konsegwenza possibbli ta' l-actus reus, liema event jew ma kienx previst jew kien previst izda mhux mixtieq.Jekk tali event kien previst u minkejja dan l-actus reus kien mixtieq u volontarju allavolja l-konsegwenza ma kinitx mixtieqa, l-intenzjoni indiretta tissejjah posittiva. Jekk, mill-banda l-ohra, l-event possibbli ma kienx la mixtieq imma lanqas previst, l-intenzjoni indiretta tissejjah negattiva. L-istqarrijiet ta' xhud ma jistghu qatt jibbenefikaw minn dak previst mill-artikolu 658 tal-Kodici Kriminali. Id-dottrina tal-konkawza ma tista' qatt tapplika ghad-delitt ta' omicidju volontarju peress li l-intenzjoni fil-ferita gravi segwita bil-mewt necessarjament teskludi l-intenzjoni li toqtol jew li tqieghed il-hajja ta' haddiehor f'perikolu car.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info