Reference: Volume 80 (1996), Part No. 4, Section 2, Page 176

Judgement Details


Date
21/03/1996
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs RICHARD GRECH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
OMICIDJU INVOLONTARJU
Summary
Hu mehtieg ghall-kostituzzjoni tar-reat involontarju skon l-artikolu 225 tal-Kodici Penali, illi tirrikorri kondotta volontarja negligenti - konsistenti generikament f'nuqqas ta' hsieb ("imprudenza"),traskuragni ("negligenza"), jew ta' hila ("imprezia"), fl-arti jew professjoni, jew konsistenti specifikatament f'nuqqas ta' tharis tar-regolmenti - li tkun segwita, b'ness ta' kawzalita', minn eventdannuz involontarju. Ghandu jigi permess illi, ghall-acertament tal-htija, minhabba f'kondotta negligenti, ghandu jsir il-konfront tal-kondotta effettivament adoperata ma' dik ta' persuna li s-sapjenza rumana identifikat mal-bonus paterfamilias, dik il-kondotta,cjoe', illi fil-kaz konkret kienet tigi uzata minn persuna ta' intelligenza, diligenza u sensibilita' normali; kriterju dan, li filwaqtli jservi ta' gwida oggettiva ghall-gudikant, ihallieh, fl-istess hin, liberu li jivvaluta d-diligenza tal-kaz konkret. Biex wiehed jifhem l-essenza vera tal-kolpa, wiehed irid izomm f'mohhu li fil-hajja socjali spiss jinholqu sitwazzjonijiet li fihom attivita' diretta ghal xi fini partikolari tista' taghti lok ghal konsegwenzi dannuzi lil terzi. L-esperjenza komuni jew l-esperjenza teknika - cjoe', l-esperjenza komuni ghall-bnedmin kollha jew dik l-esperjenza ta' kategorija ta' nies li jesplikaw attivita' partikolari - tghallem li f'dawn il-kazijiet wiehed ghandu juza certi prekawzjonijietbil-ghan li jevita li l-interessi ta' l-ohrajn jigu ppregudikati. Bil-kliem "nuqqas ta' tharis ta'regolamenti" (artikolu 225), il-legislatur mhux qed jirreferi biss ghal-legislazzjoni sussidjarja (li tigi fis-sehh permezz ta' avvizi legali, notifikazzjonijiet tal-Gvern, ordnijiet, ecc.), izda ghalkull forma ta' kondotta statutojament stabbilita, u ghalhekk qed jirreferi ukoll ghal dawk ir-regolamenti ppromulgati minn enti privati (ez. ir-regolamenti nfassla minn sid ta' fabbrika biex jipprevjeni hsar ghal kull min jahdem jew jidhol f'dik il-fabbrika).




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info