Reference: Volume 71 (1987), Part No. 3, Section , Page 688

Judgement Details


Date
26/05/1987
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A.
Parties
THOMAS MONTALTO vs IL-MAGGUR STANLEY J.A. CLEWS CHAIRMAN TAT-TRIBUNAL INDUSTRIJALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
GURISDIZZJONI - MANDAT TA' IMPEDIMENT TAS-SAFAR - TRIBUNAL IMPARZJALI
Summary
La l-accettazzjoni tan-notifika u lanqas id-dehra quddiem il-Qorti taht protesta ma huma, fihom infushom, sottomissjoni volontarja ghall-gurisdizzjoni tal-Qorti meta tinghata eccezzjoni ta' nuqqas ta'gurisdizzjoni. Ghalkemm huwa minnu li l-Kostituzzjoni teskludi mill-iskrutinju tal-qrati kwistjonijiet dwar jekk xi awtoritajiet ikunux qdew validament xi funzjoni moghtija lilhom, huwa wkoll minnuli meta tittratta dwar Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem, il-Kostituzzjoni ma tippermettix eccezzjonijiet hlief fejn tghid hekk kategorikament. Skond il-Kostituzzjoni, il-kliem "qorti" u "tribunal"jew "awtorita" ohra gudikant, ma jfissrux l-istess haga. Ghalhekk, meta l-Kostituzzjoni tuza l-kelma "qorti" ma nistghux nghidu li b'dik il-kelma riedet tinkludi wkoll xi awtorita' ohra gudikanti ghax b'dik il-kelma tifhem biss Qorti Superjuri, ippresjeduta minn Imhallef, u Qorti Inferjuri, ippresjeduta minn Magistrat. Ghalhekk, it-Tribunal Industrijali ma hux "qorti" skond il-Kostituzzjoni, uc-Chairman ta' dak it-Tribunal jista' jkun imharrek quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Civili, kemm fil-gurisdizzjoni kostituzzjonali taghha kif ukoll f'dik civili. Il-Prim'Awla ghandha gurisdizzjoni doppja fuq it-Tribunal Industrijali: li tara li dan it-Tribunal jimxi skond il-ligi u fil-limiti tal-ligi u skond il-Kostituzzjoni; u li tara li t-Tribunal bl-ebda mod ma jikser xi wiehed mid-drittijietfundamentali tal-bniedem. Ghalkemm il-mandat ta' impediment tas-safar huwa mandat kawtelatorju, jista' jinhareg ukoll wara sentenza, izda l-iskop tieghu jibqa' dejjem dak li titqieghed fiz-zgur pretensjoni li tista' tigi skartata bis-safar tal-persuna li kontra taghha hemm dik il-pretensjoni. Ghalhekk, jekk din il-pretensjoni hija ga' kkawtelata, ma hemmx aktar lok ghala ghandu jinzamm il-mandat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info