Referenza: Volum 72 (1988), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 71

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/10/1988
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
HARDING HUGH, HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A.
Partijiet
CHARLES SPITERI vs MINISTRU TAL-BINI PUBBLIKU U XOGHLIJIET U D-DIRETTUR TAX-XOGHLIJIET PUBBLICI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - LIBERTA' TA' ASSOCJAZZJONI - LIBERTA' TA' ESPRESSJONI - PROTEZZJONI MINN DISKRIMINAZZJONI
Fil-Qosor
Kawza ghal rimedju minhabba vjolazzjoni tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, fosthom dawk tal-liberta' ta' assocjazzjoni, expressjoni u protezzjoni minn diskriminazzjoni. Il-Prim' Awla tal-Qorti Civili laqghet it-talba tar-rikorrent. Il-Qorti Kostituzzjonali kkonfermat. Il-fatti li taw lokghall-kawza kienu s-segwenti: ir-rikorrent kien Ghawdxi impjegat mal-Public Works; minn zmien twill-impjegati tal-Gvern Ghawdxin kellhom koncessjoni li nhar ta' Gimgha jitilqu ftit qabel l-ohrajn minn fuq ix-xoghol u nhar ta' Tnejn jidhlu ftit tard. Wara li ttiehdet azzjoni industrijali mill-impjegati tal-Gvern lill-impjegati Ghawdxin li obdew id-direttiva ta' l-unions giet revokata lilhom dinil-koncessjoni. Wara jumejn l-istess koncessjoni regghet giet moghtija lil dawn l-impjegati ad eskluzjoni tar-rikorrent li kien il-President ta' wahda mill-unions li hadu azzjoni industrijali. Il-Qorti rriteniet li dan kien jammonta ghall-ksur ta' l-artikoli 42(1) u 45(2) tal-Kostituzzjoni fil-konfront tar-rikorrent, u cjoe' ksur tad-dritt tieghu tal-liberta' ta' assocjazzjoni u ta' protezzjoniminn diskriminazzjoni. It-tnehhija tal-koncessjoni fuq imsemmija fil-konfront tar-rikorrent kienettfixklu fit-tgawdija tad-dritt tieghu ta' liberta' ta' assocjazzjoni. Il-Kelma 'tfixkel' uzata mil-ligi ghandha fiha nfisha sens ampju u mhux ristrett.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni