Referenza: Volum 72 (1988), Parti Nru. 2, Taqsima 1, Paġna 259

Dettalji tas-Sentenza


Data
04/05/1988
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
AGIUS CARMEL A., HERRERA JOSEPH A., HARDING HUGH
Partijiet
EDWARD NEAME vs LOUIS TABONE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
MISSIER TA' FAMILJA - PRESKRIZZJONI - SERVITU' - TITOLU - TOLLERANZA
Fil-Qosor
L-aperturi fil-hitan divizorju jistghu jkunu jew dawk li komunement jissejhu twieqi ("luci") jew dawk illi volgarment jissejhu rewwiehat ("Ventier"). Generalment is-servizz taghhom jiddeterminahom.Gie inoltre ritenut mill-Qorti li jekk l-apertura tkun ta' daqs bizzejjed biex jidhol id-dawl minnhau sabiex iddawwal l-ambjent, allura din tammonta ghal tieqa. It-twieqi, a differenza tar-rewwiehat, jikkostitwixxu b'konvenzjoni, bil-preskrizzjoni, jew bid-destinazzjoni tal-missier tal-familja servitu'. Skond il-ligi, is-servitu kontinwu u apparenti, bhal fil-kaz ta' apertura, jitnissel bis-sahha ta' titolu, bil-preskrizzjoni u bid-destinazzjoni ta' missier ta' familja. Id-disposizzjoni tal-ligi li tghid li ebda wiehed mill-girien ma jista', minghajr il-kunsens ta' l-iehor, jaghmel twieqijew aperturi ohra fil-hajt divizorju, mhux qieghed jikkontempla l-kreazzjoni ta' servitu izda qed jghid biss dak li fil-fatt qed jghid - li f'hajt divizorju ma jistghux jinfethu twieqi jew aperturi ohra minghajr il-kunsens tal-gar. Biex ikun hemm dritt ta' servitu' meta tinfetah tieqa jew aperturafil-hajt divizorju (anke meta hemm il-kunsens tal-gar) irid ikun hemm titolu konsistenti f'att pubbliku.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni