Reference: Volume 72 (1988), Part No. 1, Section , Page 1

Judgement Details


Date
13/01/1988
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
HARDING HUGH, HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A.
Parties
JOSEPH MARY VELLA ET vs IL-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AMMISSIBILITA' TA' ECCEZZJONI DWAR SIGRIET PROFESSJONALI - HEARSAY - PROVI (EVIDENZA) - VALUTAZZJONI TA' - XHIEDA
Summary
Appell minn digriet interlokutorju dwar l-ammissibilita' ta' xhud. F'kawza pendenti quddiem il-Prim' Awla tal-Qorti Civili ghar-rimedju minhabba ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, konsistenti, fl-arrest illegali u assogettazzjoni taghhom ghal minacci, swat u tortura, dawn talbu li jipproducu bhala xhud prokuratur legali biex jixhed dwar fatti rilevanti li kien sema' minghand terza persuna fil-kors ta' l-ezercizzju tal-professjoni tieghu minghajr ma jizvela l-identita' ta' l-istess. Il-Prim' Awla ppermettiet tali xiehda; il-Qorti Kostituzzjonali kkonfermat. Ix-xhud ma setax jisvela l-isem tal-persuna li kienet tatu l-informazzjoni billi kien marbut bis-sigriet professjonali. Kellu biss il-permess minn dik il-persuna li jixhed il-fatti lilu rakkontati. Tali xiehda tikkostitwixxi "hearsay". Ir-regola li tipprojbixxi tali xiehda ma hix wahda assoluta imma soggetta ghal diversi eccezzjonijiet. Il-Qorti tista', skond ic-cirkostanzi, tippermetti xiehda fuq kliem haddiehor utiehu konjizzjoni taghha meta dan l-istess kliem haddiehor ikollu, fih innifsu, importanza sostanzjali fuq il-mertu tal-kawza jew jaghmel parti mill-mertu, inkella meta dan haddiehor ma jkunx jista'jingieb biex jixhed u l-fatti jkunu tali li ma jkunux jistghu jigu ppruvati sewwa xort'ohra. Ghalhekk ix-xiehda fil-kaz prezenti kienet ammissibbli.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info