Reference: Volume 80 (1996), Part No. 1, Section , Page 17

Judgement Details


Date
21/02/1996
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V.
Parties
EMANUELA BRINCAT vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DEKORS - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM - KODICI KRIMINALI - LIBERTA' PERSONALI - LIBERTA' PROVVISORJA - SMIGH XIERAQ - TALBA GHAL - TERMINI - ZMIEN RAGONEVOLI
Summary
Ir-rikorrenti kienet mizmuma taht arrest preventiv pendenti l-gudizzju. Ir-rikorrent kienet talbetl-ghoti tal-liberta' provvisorja imma din giet lilha michuda. Ir-rikorrenti ghalhekk irrikorriet quddiem il-Prim' Awla tal-Qorti Civili ghax ippretendiet li d-dritt taghha ghal-liberta' personali kien gie lez billi kienu skadew it-termini previsti fil-Kodici Kriminali ghall-kumpilazzjoni u eventwali akkuza. Il-Prim' Awla cahdet it-talbiet tar-rikorrent. Il-Qorti Kostituzzjonali kkonfermat. Ir-rikorrenti kienet qieghda tallega li t-termini stabbiliti fil-Kodici Kriminali ghall-prezentata ta'l-att ta' l-akkuza ma kinux gew rispettati u ghalhekk it-detenzjoni taghha kienet illegali. Il-Qorti rriteniet li dan l-argument ma jregix. It-termini fil-kaz in kwistjoni ma kinux gew ivvjolati; inoltre r-rinviji li kien hemm la kienu kapriccuzi u lanqas kien hemm telf ta' zmien. It-terminu "zmien ragonevoli" ghandu jitqies minn kaz ghal kaz, u ghandu jittiehed in konsiderazzjoni l-fatti specje ta' kull kaz individwali. Fil-konderazzjoni ta' x'inhuwa zmien ragonevoli jridu jigu bbilancjatil-interessi tal-gustizzja ma' dawk ta' l-individwu. Fil-kaz prezenti bl-ebda mod ma seta' jinghad li l-kaz tar-rikorrenti ma kienx gie mismugh fi zmien ragonevoli.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info