Referenza: Volum 74 (1990), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 68

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/04/1990
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
AGIUS CARMEL A., HARDING HUGH, HERRERA JOSEPH A.
Partijiet
ONOR LAWRENCE SIVE LORRY SANT vs KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - IMPARZJALITA` - INKJESTA - INTERESS - KONVENZJONI EWROPEJA - KOSTITUZZJONI - KUMPILAZZJONI - LEGITTIMU KONTRADITTUR - MAGISTRAT - NULLITA' - PROCES VERBAL - SMIEGH XIERAQ
Fil-Qosor
Ir-rikkorrent talab lill-Qorti tiddikjara li l-prezentata u l-kumpilazzjoni quddiem Magistrat li jkun ghamel l-inkjesta u l-process verbal u wasal ghall-konkluzjoni li ghandhom jittiehdu proceduri kriminali kontra persuna tivvolja l-art. 6 tal-konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem u ma hiex taghtih rimedju. Il-Prim'Awla tal-Qorti Civili laqghet it-talba tar-rikorrent u ordnat li l-kumpilazzjoni kontra r-rikorrent u ordnat li l-kumpilazzjoni kontra r-rikorrent u ordnat lil -kumpilazzjoni kontra r-rikorrent tinzamm minn Magistrat li ma jkunx dak li ghamel il-process verbal relattiv.Ir-rikorrent appella billi ppretenda li r-rimedju ma kienx sufficjenti. L-intimat appella wkoll.Il-Qorti Kostituzzjonali cahdet l-appelli u kkonfermat. Il-Qorti Kostituzzjonali ddecidiet li l-Kummussarju tal-Pulizija huwa l-legittimu kontradittur f'kawza fejn jigi allegat li r-rikorrent ma jkunx nghata smigh xieraq f'kawza kriminali f'liema l-istess Kummissarju huwa parti. Il-pozizzjoni tal-Kummissarju bhala legittimu kontradittur titwieled mhux mill-fatt li l-istess Kummissarju jkollu xihtija f'dawk il-proceduri, imma mill-interess guridiku manifest tieghu fihom. Fis-sistema procedurali Maltija l-Magistrat inwirent ghadnu l-obbligu li jesprimi l-konkluzjoni tieghu ul-process verballi hu jirredigi u jiffirma jista` jittiehed bhala prova. Ghalhekk ikun hemm vjolazzjoni tad-dritt tal-akkuzat ghal smigh xieraq jekk dak l-istess magistrat ikun il-Magistrat inkwirenti, u dan billi dan ma jistax jidher li hu imparzjali. Pero` tali difett ma jwassalx ghan-nullita` tat-tahrika u tal-kumpilazzjoni. Ir-rimedju li l-process jinstema` quddiem Magistrat differenti huwa sufficjenti biex assigura lir-rikorrent smigh xieraq.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni