Reference: Volume 80 (1996), Part No. 4, Section 2, Page 261

Judgement Details


Date
12/09/1996
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs PIETRU CUTAJAR
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
KWERELA - PROCEDURI EX OFFICIO
Summary
Bl-espressjoni "l-offiz ma jkunx mexxa l-azzjoni kriminali" (artikolu 373 - proviso) il-Qorti ta' l-Appell Kriminali fehmet li l-offiz ma jkunx ghamel il-kwerela kif din ghandha ssir skon il-ligi. L-effett ta' l-artikolu 337 (1) (2) (re: sentenza) u 403 (1) (2) (re: meta l-Qorti tkun tal-fehma li r-reat hu ta' kompetenza tal-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali) hu car: metar-reat li jirrizulta mill-provi (u ghalhekk mhux ir-reat li persuna tkun originarjament giet bih akkuzata jew imputata izda reat kompriz u involut f'dak ir-reat originali) ikun jirrikjedi l-kwerela tal-parti, il-Qorti xorta wahda tista' tghaddi ghas-sentenza anke fl-assenza tal-kwerela jew prova taghha, kemm-il darba l-parti offiza ma tidhirx biex tirrinunzja ghall-azzjoni. U dan japplika sia jekk ir-reat originali kien ta' kompetenza tal-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali kif ukoll jekk kien ta' kompetenza tal-Qorti Kriminali. L-effett ta' l-artikolu 390 (3) (4) (5) tal-Kodici Kriminali (re: in-necessita' tal-kwerela fil-kumpilazzjoni) hu bazikament li fil-kumpilazzjoni - u allura meta si tratta ta' reat ta' kompetenza tal-Qorti Kriminali - jekk ir-reat in kwistjoni jkun jehtieg il-kwerela sabiex l-azzjoni titmexxa din il-kwerela hi prezunta salv il-prova kuntrarja. Kemm jekk hi prezunta li saret kif ukoll jekk tkun verament saret il-kwerela, din, galadarba saret, tista' tigi rtirata skond l-artikolu 545 (1) tal-Kodici Kriminali. Biex ikun hemm ir-rinunzjatal-kwerela skon l-artikolu 545 (1) tal-Kodici Kriminali, mhux biss ir-reat irid ikun wiehed li fil-konfront tieghu l-azzjoni ma tistax titmexxa minghajr il-kwerela, izda l-kwerela trid tkun effettivament saret jew tkun prezunta skond il-ligi li saret. Wiehed ma jistax jirtira kwerela li ma jkunxghamel jew li l-ligi ma tippresumix li jkun ghamel. Meta si tratta ta' xi wahda mill-ipotesijiet ikkontemplati fil-proviso ta' l-artikolu 373, il-ligi stess tipprovdi li mhix mehtiega l-kwerela sabiex titmexxa l-azzjoni u li ghalhekk l-azzjoni tista' titmexxa ex officio. Galadarba ma tkunx mehtiega l-kwerela, il-mahfra tal-parti leza jew offiza ma tistax tammonta ghal rinunzja tal-kwerela fis-sens ta' l-artikolu 545 (1).




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info