Referenza: 2614/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/01/2016
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI SILVIO, MALLIA TONIO, AZZOPARDI JOSEPH
Partijiet
MCKEON NORBERT ET vs AZZOPARDI EMANUELE ET
ECLI
ECLI:MT:ACIV:2016:98770
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
PRESKRIZZJONI
Fil-Qosor
Dan kien kaz fejn giet mibjugha proprieta li il-bejjiegha iddikjaraw li kienet skond il-permessi, izda gie stabbilit li l-konvenuti qarrqu bl-atturi, u f'kaz ta' qerq,il-Qorti qalet li hemm min jargumenta li kull tip ta' preskrizzjoni tibda tiddekorri minn meta jigi skopert l-istess agir abbuziv - fraus omnia corrumpit. L-azzjoni ta' danni hija intimament marbuta mal-agir abbuziv tal-konvenuti, lil-atturi ndunaw bih hames snin wara li kien sar il-kuntratt, u hadu azzjoni mill-ewwel biex jirrivendikaw id-drittijiet taghhom.
Irrizulta wkoll li l-appellanti, f'dan l-istadju ta' appell, ma kienux qed jikkontestaw is-sejbien ta' responsabbilita` ghall-ghemil taghhom, u kwindi ma setghux f'dan l-istess stadju, jissollevaw il-preskrizzjoni ghall-azzjoni attrici. Darba l-konvenuti appellantiissa kienu jaccettaw it-tort taghhom meta bieghu l-fond in kwistjoni li kien mibni bla permess, ma setghux fl-istess nifs jsostnu li t-talba ghall-eventwali hlas tad-danni - li tieghu huma jikkontestaw biss il-quantum - kienet preskritta.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni