Referenza: 2000/1997/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/06/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
BALDACCHINO LAWRENCE ET vs SPITERI JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BUON VICINAT, PARAMETRI TA` - BUON VICINAT, ZAMMA TA` ANNIMALI - DRITT TA` PROPRJETA`, LIMITI TA`
Fil-Qosor
Id-dritt ta' proprjeta', ghalkemm huwa mhares taht il-Kostituzzjoni, ma hux dritt minghajr limiti, illi jaghti lis-sid il-fakolta' illi jaghmel dak li jrid fi hwejgu, kif jidhru illi qeghdin jippretendu l-konvenuti fit-tieni eccezzjoni taghhom: huwa dritt li ghandu l-limiti tieghu kemm f'dispozizzjonijiet pozittivi tal-ligi, kif ukoll fil-principju generali ta' l-uzu tal-jedd fil-qies li jmiss ,li kien elaborat fid-dottrina u fil-gurisprudenza f'bosta teoriji ta' abbuz ta' dritt, fosthom dik tal-"buon vicinato", jew tal-"gar li jqis ghemilu".

Il-htigijiet tal-buon vicinato jridu illis-sid ta' proprjeta' ma jgieghelx lill-gar joqghod ghal inkonvenjent aktar milli huwa tollerabbli.

Jinzammu kemm jinzammu nodfa, l-annimali dejjem joholqu l-hmieg, u dan bilfors illi jaghmel riha u jgib nemus. Jekk iz-zamma ta` annimnali ssir bieb ma' bieb ma' dar fejn joqoghdu n-nies, l-inkonvenjent li jkun qed jinholoq jkun aktar milli huwa ragonevolment tollerabbli.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni